It-tieni seed Iga Swiatek rebħet l-Open ta’ Miami meta fil-finali għelbet lil Naomi Osaka 6-4 6-0. B’hekk il-Pollakka se tkun qed titla’ fl-ewwel post tar-ranking tal-WTA fil-bidu tal-ġimgħa d-dieħla wara li s-seed numru wieħed attwali, Ashleigh Barty, rtirat mill-ispor tat-tennis. Swiatek waslet sal-finali mingħajr ma tilfet set fejn rebħet 17-il partita konsekttiva, bl-aħħar telfa tagħha tkun fil-bidu ta’ Frar fl-Open tal-Qatar. Swiatek saret ukoll ir-raba’ mara li rebħet l-Indian Wells u l-Open ta’ Miami fl-istess sena. Min-naħa l-oħra Osaka qalet li ma kinietx diżappuntanti daqs kemm kienet tkun normalment, fejn tinsab ħerqana biex terġa’ toħroġ fil-court u tirritorna għar-rebħ.
//= $special ?>