Ir-Russja fl-aħħar sigħat fetħet front tal-gwerra ġdid bl-isparar tal-missili għal fuq il-belt Ukrena ta’ Odessa….Belt li sa ftit sigħat sigħat qabel kienet għaddejja bil-ħajja normali peress li fl-ebda ħin, qabel, ma kienet ġarrbet l-impatt dirett tal-invażjoni tal-Ukrajna mill-qawwiet tal-Kremlin.
L-attakki mill-ajru tar-Russi qed jindikaw li l-militar ta’ Vladimir Putin – wara l-aħħar disfatti f’zoni oħrajn tal-Ukrajna – qed jipprova strateġiji ġodda li jindirizzaw in-nofsinar u l-lvant tal-Ukrajna…..Dan meta madwar l-Ewropa qed jispikkaw il-filmati tad-dħaħen kbar telgħin mill-inħawi ta’ Odessa, li hi belt tal-port strateġika maġenb il-Baħar l-Iswed u li hi ta’ importanza kbira għall-Gvern Ukren.
Kelliema għar-Russja, issa, qalu li l-mira tal-attakk kienu l-faċilitajiet taż-żejt fir-reġjun ta’ Odessa li qed jintużaw mit-Tmexxija tal-Ukrajna biex tissupplixxi lit-truppi tagħha bil-fuel. Għalkemm id-dettalji tal-attakki fuq Odessa ma kenux ċari għal kollox, l-uffiċjali Ukreni qalu li l-missili tar-Russi laqtu ammont ta’ infrastruttura kritika anki jekk ma rriżultawx il-vittmi.
L-awtoritajiet u ċ-ċivili ta’ Odessa kienu ilhom il-ġimgħat iħejju għal attakk imminenti u meta l-bastimenti tal-gwerra tar-Russja ilhom l-aħħar ġimgħat iduru ftit ‘il hinn mill-kosta ta’ din il-belt.
//= $special ?>