Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Il-Punent jingħaqad f’kundanna bla riservi għall-massakri

Ir-Renju Unit, Franza u pajjiżi oħra tal-Punent qed jikkundannaw il-massakri brutali taċ-ċivili Ukreni li mgħandu l-ebda skop military. Huma saħqu wkoll li reati bħal dawn. ‘il quddiem,  se jkunu proċessati ‘il quddiem, fl-interessi tal-ġustizzja.

Il-Ministeru Ukren għall-Affarijiet Barranin fisser il-qtil ta’ ċivili f’Bucha bħala massakru ‘li kien ippjanat u organizzat mill-Kremlin ta’ Moska’, waqt li s-Segretarju tal-Istat Amerikan, Antony Blinken, fisser ix-xeni tal-katavri mifruxin fit-toroq tal-Ukrajna bħala ‘daqqa ta’ ħarta liċ-ċivilizzazzjoni’.

Dan waqt li l-Ġermanja kkundannat bla riservi ‘dawn ir-reati tal-gwerra terribbli ( fl-Ukrajna),’ bil-Gvern tar-Renju Unit isejjaħ għal investigazzjoni immedjata dwar ‘il-qtil indiskriminattiv tal-familji Ukreni f’pajjiżhom’.

Tkellem ukoll is-Segretarju tan-NATO, Jens Stoltenberg, li rrefera għall-qtil ta’ ċivili f’Bucha u bliet Ukreni oħra bħala ‘atroċità’ u ‘xi ħaġa inaċċettabbli’.

F’kummenti lis-CNN, Stoltenberg tenna li l-imwiet li qed naraw fl-Ukrajna huma ‘parti minn kampanja ta’ brutalità fil-konfront ta’ ċivili li ma dehru qatt bħalhom fl-Ewropa miż-żmenijiet tat-Tieni Gwerra’.