L-istrateġisti Russi wara l-invażjoni tal-Ukrajna, issa, qed idawwru l-attenzjoni mill-kapitali Kiev u l-artijiet tal-madwar lejn bnadi ġodda tal-Ukrajna. Dan qed isir fost l-isforzi biex il-qawwiet tal-Kremlin jiċċirkondaw lit-truppi tal-Ukrajna fiz-zoni lejn il-lvant tal-pajjiż
Fi tmiem il-ġimgħa, l-Armata tal-Kremlin bdiet tavviċina r-reġuni lejn in-nofsinar tal-Ukrajna fejn ħatfet kontroll tal-belt ta’ Izyum fost il-bumbardamenti ta’ diversi bliet. Il-pjan ta’ Moska, intant, jibqa’ wieħed għall-‘avvanzi regolari’ tat-truppi tagħha lejn iz-zoni Ukreni tan-nofsinar u l-lvant.
Intant, ftit huma l-osservaturi barranin li jemmnu l-iskopijiet ‘uffiċjali’ tar-Russja li qed taħseb biex tokkupa r-reġjun sħiħ tad-Donbas fejn is-separatisti favur Moska ilhom mill-2014 jiġġieldu kontra l-Armata tal-Ukrajna. Fl-istess ħin mhix qed titqies bħala kredibbli l-istqarrija tar-Russja li qed taħseb biex ‘tillibera lill-maġġoranza tar-residenti fid-Donbas li jitkellmu bir-Russu’.
Sadanittant hemm dubji kbar kemm il-qawwiet ta’ Moska se jirnexxilhom jiksbu rebħiet deċiżivi fuq il-militar tal-President Ukren, Volodymyr Zelensky. F’dan il-kuntest tispikka wkoll il-mistoqsija jekk in-nies residenti fid-Donbas iridux tassew li jispiċċaw ‘illiberati’ mis-suldati tal-Kremlin.
Dan meta l-analisti jaqblu li s-sempliċi fattur tal-lingwa Russa – bħala element komuni – kapaċi ma jkunx biżżejjed biex jipperswadi lir-residenti tad-Donbas li ‘il-futur tagħhom għandu jkun bħala estensjoni tar-Russja’.
Madankollu – u minkejja li l-qawwiet tal-Ukrajna qed jieħdu lura aktar territorji f’pajjiżhom ( fost l-irtirar sussegwenti tar-Russi) – il-President Zelensky wissa lill-Ukreni li fadal ħafna battalji diffiċli x’jiffaċċjaw lejn il-lvant tal-Ukrajna, fid-Donbas u fil-madwar ta’ Kharkiv.
//= $special ?>