Futbol Sport

Inter iżommu l-pass ma’ Milan u Napoli b’rebħa mportanti fuq Juventus

(Ritratt: EPA)

Gowl minn penalty fil-ħin miżjud fi tmiem l-ewwel taqsima kien biżżejjed biex Inter rebħu d-Derby tal-Italja. Gowl li permezz tiegħu Inter bit-18 ir-rebħa qabżu lil Juventus fit-tielet post fejn bi 63 punt jinsabu tlett punti taħt Napoli u Milan. F’mument meta kollox deher li l-ewwel taqsima se tintemm 0 – 0 , fit-tieni minuta ta’ ħin miżjud. Għal foul ta’ Alvaro Morata fuq Denzel Dumfries, Massimiliano Irrati saffar penalty għal Inter. Taħ Calhanoglu, Szczesny salva , rebound ma’ DeLigt b’Inter fil-vantaġġ. Irrati wara konsultazzjoni mal-VAR mal-għoti tal-penalty,deher li De Ligt u Chiellini daħlu fil-kaxxa qabel ma Calhanoglu skorja. Fost tant protesti Irrati ordna li l-penalty jerga jingħata. Eventwalment HAKAN CALHANOGLU ma falliex, għeleb lil Szczesny biex poġġa lil Inter fil-vantaġġ. Gowl li baqa’ deċiżiv minkejja t-tentattiv kontinwu ta’ Juventus matul it-tieni taqsima biex isalvaw ir-riżultat.

Fil-Gewiss Stadium Napoli laħqu lil Milan fil-quċċata tal-klassifika meta għelbu lil Atalanta bl-iskor ta’ 3-1. Napoli fetħu l-iskor fl-14-il minuta meta Juan Musso deher iwaqqa’ lil Dries Mertens fil-kaxxa bir-referee jordna penalty. Mill-ħdax-il metru Lorenzo Insigne ma żbaljax għal 1-0. Huma rdoppjaw fis-37 minuta meta minn freekick ta’ Lorenzo Insigne kien Matteo Politano li xeħet fix-xibka għal 2-0. Atalanta naqqsu d-distakk fit-58 minuta meta minn cross ta’ Aleksey Miranchuk kien Marten de Roon li bir-ras għeleb lil Ospina għal 2-1. Madanakollu, Napolo aċċertaw mir-rebħa fil-81 minuta, meta minn pass ta’ Hirving Lozano, kien Elijf Elmas li kkonkluda fix-xibka għal 3-1.

Gowl f’nofs l-ewwel taqsima kien biżżejjed għal Roma biex bis-16 ir-rebħa tal-istaġun telgħu fil-ħames post fil-klassifika b’54 punt u fl-istess waqt qabżu lil Lazio. Sampdoria għal kuntrarju baqgħu fis-sittax il-post b’29 punt. B’Roma fuq l-offensiva fis-27 minuta meritatament fetħu l-iskor. Minn azzjoni ta’ Nicola Zalewski kien Morten Thorsby li kkontrolla b’affann, approfitta HENRIUKH MKHITARYAN li għeleb lil Emil Audero . Gowl li biħ intemmet l-ewwel taqsima u eventwalment il-partita.

SERIE A

Ilbieraħ: Spezia v Venezia 1-0, Lazio v Sassuolo 2-1, Salernitana v Torino 0-1 Illum; Fiorentina v Empoli 1-0, Atalanta v Napoli 1-3, Udinese v Cagliari 5-1, Sampdoria v Roma 0-1 Juventus v Inter 0-1 Għada: Verona v Genoa 6.30pm, Milan v Bologna 8.45pm