Lokali

LIVE: It-tieni jum tal-Papa Franġisku f’Malta

Aġġornament kontinwu dwar it-tieni jum tal-Kap tal-Knisja Kattolika

Wara xhur ta stennija, il-Papa Franġisku se jkun qed iżur lil Malta… u ma jistax jonqos eċitament liema bħalu mill-Maltin u l-Għawdxin kollha.

Il-Papa se jkun qed iqatta’ l-aħħar jumejn tal-ġimgħa jagħmel diversi żjarat kemm f’Malta iżda wkoll f’Għawdex. Hu telaq lejn Malta għall-ħabta tat-8.30 u mistenni li jasal f’pajjiżna għall-ħabta tal-10am.

It-tema għal din iż-żjara hi ‘Ġabu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha’ meħuda mill-Atti tal-Appostli b’referenza għall-Maltin meta laqgħu fosthom lil San Pawl f’pajjiżna.

Illum imiss li jżur il-Grotta ta’ San Pawl, l-immigranti li jinsabu fil-Laboratorju tal-Paċi, f’Ħal Far, u quddiesa fuq il-Fossos tal-Furjana.

Ritratti: Martin Agius/ Joseph Galea/ Kurja

Aġġornament kontinwu:

* Dak kollox minn naħa tagħna, dan il-blog jintemm hawnhekk

1912h – L-ajruplan jitlaq minn Malta lejn Ruma

1850h – Il-Papa Franġisku issa jinsab abbord l-ajruplan

1842h – Tibda ċerimonja mill-Forzi Armati ta’ Malta, fosthom l-Innu Malti, fuq il-mitjar tal-Ajruport qabel il-Papa jitla’ fuq l-ajruplan

1840h – Abbord l-ajruplan bdew jitilgħu numru ta’ persuni, fosthom tal-midja, qabel jasal il-Papa

1836h – Il-Papa jasal fis-sezzjoni tal-VIP tal-ajruport u jintlaqa’ mill-President ta’ Malta, George Vella flimkien ma’ martu Miriam, fejn hemm qalu kelmtejn tal-aħħar

1830h – Hu telaq minn Ħal Far u qabad triqtu lejn l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta biex finalment jirritorna lura lejn l-Ajruport Internazzjonali ta’ Ruma

1746h – Il-Papa kellu l-okkażjoni jisma’ l-esperjenzi ta’ tnejn minn dawn l-immigranti, Daniel u Siriman li għaddew minn żmien diffiċli sakemm fl-aħħar mill-aħħar waslu s’hawn

1740h – Il-Papa xegħel xemgħa quddiem ix-xbieha tal-Madonna bħala ġest sempliċi iżda b’tifsira qawwija ta’ fidi f’Alla

1730h – “Kif għidt xi xhur ilu f’Lesbos, ġejt hawn biex ngħidilkom li ninsab qrib tagħkom… Ninsab hawn biex nara l-uċuh tagħkom, biex inħares f’għajnejkom. Sa minn dakinhar li mort Lampedusa, qatt ma nsejtkom. Inġorrkom dejjem f’qalbi u intom dejjem preżenti fit-talb tiegħi,” il-messaġġ tal-Papa ta’ tama lill-immigranti f’diskors mimli emozzjoni

1717h – Patri Dijonisju Mintoff, li ilu jmexxi dan il-Laboratorju għal iktar minn 50 sena, irringrazzja lill-Papa Franġisku li żar lil dawn l-immigranti… żjara li tagħti iktar kuraġġ sabiex inkunu ta’ servizz għall-proxxmu

1706h – Franġisku jasal ħdejn il-Laboratorju tal-Paċi, f’Ħal Far

1655h – Il-Papa għadu kemm wasal fil-pjazza ta’ Birżebbuġa fejn qed ikun milquh minn mijiet ta’ persuni

1615h – Il-Papa Franġisku qabad triqtu lejn Ħal Far fejn fost l-oħrajn se jgħaddi mill-Imrieħel, Triq Aldo Moro, minn Tal-Barrani, u Birżebbuġa permezz tal-vettura uffiċjali

1600h – F’Birżebbuġa wkoll numru kbir ta’ nies inġabru fil-pjazza ta’ quddiem il-Knisja fejn il-Papa mistenni li jgħaddi fi triqtu lejn il-Laboratorju tal-Paċi biex huma wkoll ikunu jistgħu jselmu lil Papa

1550h – Preżenti fuq barra tal-Laboratorju tal-Paċi hemm diversi persuni bi bnadar tal-Ukrajna fejn ta’ min wieħed jinnota li numru ta’ Ukreni nġabru ħdejn bus stop bl-isem ta’ ‘Paċi’

1540h – Ikomplu jinġabru n-nies bi stennija għall-Papa

1530h – Stennija minn numru kbir ta’ nies fil-viċinanzi tal-Laboratorju tal-Paċi, f’Ħal Far għall-wassla tal-Papa Franġisku għall-ħabta tal-5pm

* Infakkru li ż-żjarat tal-Papa mistennija jkomplu għall-ħabta tal-5pm fejn ser ikun qed iżur lill-immigranti residenti fil-Laboratorju tal-Paċi

1145h – Tiġi fi tmiema l-quddiesa mmexxija mill-Papa u issa se jkun qed imur lura fir-residenza tan-Nunzjatura Appostolika permezz tal-karozza uffiċjali għal ħin ta’ mistrih

1140h – “Ftakru li l-fidi tikber fil-ferħ u titqawwa fl-għotja għall-oħrajn. Komplu b’din il-katina ta’ qdusija li wasslet lil tant Maltin biex b’ħeġġa jagħtu ruħhom għal Alla u għall-oħrajn,” qal il-Papa Franġisku lejn tmiem il-quddiesa

1135h – L-Arċisqof Charles J. Scicluna, f’isem il-Knisja f’Malta, jagħti lill-Papa pittura (mill-artist John Martin Borg) bħala rigal

1130h – “Kelmtek ikun ta’ kuraġġ fil-ħajja, ta’ dawl fit-triq, u ta’ faraġ fit-tiġrib,” l-Arċisqof ta’ Malta, Charles J. Scicluna jirringrazzja lill-Papa taż-żjara tiegħu f’pajjiżna

1115h – Jibdew jitqarbnu n-nies preżenti għall-quddiesa, fosthom il-Kap tal-Oppożizzjoni, Bernard Grech flimkien ma’ martu AnnMarie Grech

1105h – Il-Papa Franġisku qed ibierek l-ewkaristija

1055h – Bħalissa qed jittellgħu fuq l-artal l-offerti minn persuni li jirrapreżentaw oqsma differenti

1040h – “Jekk nixbhuh, ma nkunux ittentati li nikkonċentraw fuq il-kundanna tad-dnubiet, imma mħeġġa biex bi mħabba nfittxu lill-midinbin,” qal il-Papa waqt l-omleija. “Ma noqogħdux ngħoddu lill-preżenti, imma mmorru
nfittxu l-assenti. Ma nerġgħux nippuntaw subgħajna, imma nibdew nagħtu widen. Ma narmux lillmistkerrha, imma npoġġu fl-ewwel post lil dawk li huma meqjusa tal-aħħar.”

1030h – Tibda l-omelija mill-Papa Franġisku

1015h – Tibda l-quddiesa mmexxija mill-Papa nnifsu fuq il-Fossos tal-Furjana li għaliha attendew mijiet ta’ persuni

1010h – Waslet biex tibda l-quddiesa fuq il-Fossos tal-Furjana

0940h – Permezz tal-vettura Pope Mobile hu se jkun qed jgħaddi minn Triq Nazzjonali, Bieb il-Bombi, Triq Sant’Anna, minn ħdejn il-monument tal-Gwerra, u Triq Sarria sakemm finalment jasal fuq il-Fossos

0935h – Il-Papa Franġisku jasal il-Blata l-Bajda u għamel mument ta’ talb fil-kappella ddedikata lil San Gorg Preca

0915h – Fuq il-Fossos tal-Furjana diġa’ hemm numru kbir ta’ nies li qed jistennew il-wassla tal-Papa

0906h – Issa l-vettura uffiċjali mistennija tgħaddi minn Triq San Pawl, Triq il-Mużew, is-Saqqajja, Triq l-Imdina, Central Link, Triq Notabile, Triq San Ġużepp u finalment jieqaf ħdejn il-kappella tal-MUSEUM fil-Blata l-Bajda

0904h – Il-Papa joħroġ mill-Knisja u jidħol fil-karozza uffiċjali

0855h – Il-Papa ltaqa’ ma’ numru ta’ persuni vulnerabbli, fosthom Bjorn Formosa u ma’ komunitajiet reliġjużi, fosthom il-Caritas u Suriet il-Bniedem

0853h – Franġisku għamel referenza għall-mod kif il-Malltin laqgħu lil San Pawl wara n-nafwfraġju tiegħu

0850h – Il-Papa beda bit-talb tiegħu u wara bierek lil dawk preżenti

0848h – Il-Papa joħroġ mill-Grotta ta’ San Pawl u jidħol fil-Knisja ta’ San Pawl

0842h – Stennija qawwija fit-toroq tar-Rabat biex jaraw lill-Papa Franġisku

0820h – Hu ffirma l-ktieb tal-viżitaturi bħala tifkira taż-żjara tiegħu f’din il-Grotta

0810h – Il-Papa xegħel xemgħa u qatta’ ftit ħin ta’ talb quddiem l-istatwa ta’ San Pawl

0800h – Il-Papa Franġisku jasal fil-Grotta ta’ San Pawl wara li permezz tal-karozza uffiċjali għadda minn Triq il-Virtù, Triq Borg Olivier, Triq il-Kulleġġ u miċ-ċentru tar-Rabat

0750h – Il-Papa Franġisku jitlaq mir-residenza tan-Nunzjatura Appostolika