Niġerjan ta’ 24 sena, ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li wieġeb mhux ħati li saq b’mod perikoluż u kkaġuna ġrieħi gravi fuq tfajla ta’ 23 sena. L-inċident se meta Adam Akinolu, li jaħdem fis-settur tal-iGaming f’Malta, kien involut f’inċident ma’ vettura oħra nhar il-Ħamis li għadda b’karozza Mercedes.
Kien fis-5.50am. li seħħet kolliżjoni f’Tal-Balal, limiti tal-Għargħur. Waħda mill-vetturi involuti fl-inċident instabet f’garaxx . Fiha kien hemm żewġ persuni, wieħed mill-persuni telaq , bix-xufier tispiċċa l-isptar bi ġrieħi gravi u għadha f’kundizzjoni kritika.
Dakinhar meta l-Pulzija ġew infurmati bl-inċident, l-akkużat kien ittieħed bl-ambulanza l-isptar, flimkien mal-mara ta’ 23 sena, li l-Pulizija qalet li kienet fil-periklu tal-mewt. Fil-ħabta kienet involuta wkoll Mercedes oħra misjuqa minn tfajla ta’ 28 sena mis-Swieqi. Id-difiża qalet li dan l-inċident ma kienx xi haga intenzjonata, u kkopera mal-Pulizija bis-sħiħ, fejn għaddielhom dak kollu li talbuh.
Id-difiża talbet il-ħelsien mill-arrest, bit-talba tigi milqugħa mill-Maġistrat Lara Lanfranco fuq depożitu ta’€1,000 u garanzija personali ta’ €2,000. Huwa ġie otdnat li jiffirma erba’ darbiet fil-ġimgħa fl-għassa tal-Qawra, Id-difiża tal-akkużat kienet immexxija mill-Avukati Franco Debono u Francesca Zarb. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Andrew Agius.
//= $special ?>