Żjara speċjali l-Ħadd filgħodu fil-Grotta ta’ San Pawl fir-Rabat, Malta, hekk kif Papa Franġisku beda l-impenji tiegħu tat-tieni u l-aħħar jum tiegħu f’pajjiżna f’dan il-post qaddis.
Il-Papa nizel fil-Grotta fil-Kolleġġjata u Bażilika ta’ San Pawl fejn hemhekk xegħel xemgħa u qatta ftit ħin ta’ talb quddiem l-istatwa ta’ San Pawl. F’dawn il-mumenti sagri, Franġisku għamel referenza għall-mod kif il-Malltin laqgħu lil San Pawl wara n-nafwfraġju tiegħu.
Hu xeħet dawl fuq kif dawk li laqgħu lill qaddis li ġab il-fidi f’pajjiżna, u ħallew kollox biex għamlu dak kollu li setgħu sabiex iħossu jgħinu lilu u lil kull min kien hemm miegħu.
Wara dawn il-ftit minuti ta’ riflessjoni, il-Papa ffirma l-ktieb tal-viżitaturi bħala tifkira taż-żjara tiegħu f’din il-Grotta.
Iż-żjara ta’ Papa Franġisku mhijiex l-ewwel waħda Papali, hekk kif qablu żaru dan il-post qaddis il-predeċessur tiegħu Papa Benedittu XV! kif għamel ukoll qablu Papa Ġwanni Pawlu II.
Jakkumpanja lill-Papa f’din iż-żjara kien hemm ukoll l-Arċisqof ta’ Malta Charles J Sciciluna.
Hu daħal ukoll fil-Bażilika ta’ San Pawl li kienet miżgħuda Maltin, fosthom bosta Rabtin, fejn flimkien mal-fidili miġbura, qal it-talba tal-MIssierna bil-Malti.
Imbagħad wasla mument ta’ tenerezza immensa fejn il-Papa ltaqa’ ma’ numru ta’ persuni ta’ kull età u li min għal raġuni u min għal oħra huma vulnereabbli. Persuni minn lista sħiħa ta’ orgnaizzazzjonijiet non governattivi diversi, bil-ħarsa fuq wiċċ Papa Franġisku tixhed bl-aktar mod ċar is-sensittività tiegħu għal min qed jgħix fis-sofferenza.
