Illum tilħaq il-qofol tagħha ż-żjara Appostolika tal-Papa Franġisku f’pajjiżna, wara s-suċċess tal-attività tal-bieraħ f’Għawdex.
Dalgħodu l-Papa jżur il-Grotta ta’ San Pawl fir-Rabat, imbgħad wara jikkonċelebra l-quddiesa fuq il-Fosos tal-Furjana.
Aktar tard se jkun hemm ukoll żjara sinifikanti fost l-immigranti f’Ħal Far.
Tul il-jum kollu Net TV se jkun qed iwassal programm-maratona ta’ 12-il siegħa bl-aqwa servizzi u intervisti marbutin ma’ din iż-żjara.
//= $special ?>