Basketball Sport

Caffè Moak Luxol bl-ewwel vantaġġ

Colin Schembri

Starlites Naxxar 48

Caffè Moak Luxol 64

(11-16)(13-18)(6-14)(18-16)

Starlites: M. Zammit Cordina 4, M. Riolo 12, A. Saliba 5, S. Farrugia, M. Bonett 2, K. Portelli, A. Simmons 25, M. Fenech , S. Davies, C. Curmi.

Caffè Moak Luxol: L. Fenech Pace 2, V. Selvaggi, S. Pace 9, H. Galea, P. Marcal 18, A. Borg, P. Ellul 14, M. Camilleri, J. Diaby 21.

Referees: Nicky Azzopardi, Florentina Ciurariu, Ionut Ciurariu

Fl-ewwel semi-finali tal-playoffs tal-kampjonat Mapfre MSV Life tan-Nisa, Caffè Moak Luxol ħadu l-ewwel vantaġġ kontra Starlites Naxxar 64-48. Luxol iddefendew b’aggressivita u Starlites sabu diffikulta biex jinfdu speċjalment  taħt il-boards. Luxol bdew il-partita bi trippla ta’ Josephine Diaby u l-punti ta’ Paula Ellul u Palmira Marcal għal skor ta’ 7-0. L-ewwel punti ta’ Starlites ġew minn Amelia Simmons bil-Luxol jirrispondu bi trippla ta’ Marcal. Starlites kellhom risposta b’run ta’ 7-0 bi trippla ta’ Mikela Riolo biex naqqsu d-distakk għal punt 9-10. Hawn waslu aktar punti minn Luxol fosthom trippla ta’ Paula Ellul biex temmew l-ewwel sessjoni 16-1 minn fuq. Fit-tieni sessjoni, kien hemm punti fuq kull naħa fosthom trippli minn Simmons għal Starlites u Marcal għal Luxol għal skor ta’ 25-18. Luxol komplew iżidu l-vantaġġ bi break ieħor ta’ 9-2 biex daħlu jistrieħu 10 minn fuq 34-24.

Wara l-intervall, Luxol bdew bill-punti ta’ Diaby u Sarah Pace hekk kif Starlites sabu diffikulta biex jagħmlu l-punti fejn kellhom biss żewġ baskets minn Andie Saliba u free-throws tal-istess player u Simmons. Luxol saħħew il-vantaġġ wara punti ta’ Lisa Fenech Pace u trippla ta’ Pace għal skor ta’ 48-30. Starlites għamlu sforz fil-bidu tal-aħħar sessjoni b’5 punti mingħajr risposta però kienu għadhom ‘l bogħod mill-avversarji għalkemm Santino Coppa għajjat time-out. Starlites waslu sa’ 10 punti ‘l bogħod wara trippla ta’ Riolo però l-ħin kien kontrijhom u Luxol għalqu l-partita b’żewġ trippli ta’ Diaby biex rebħu l-partita 64-48.