Il-President ta’ Franza, Emmanuel Macron, sostna, bla tlaqliq li qed jinstabu indikazzjonijiet dejjem aktar ċari ta’ reati tal-gwerra ‘taħt idejn ir-Russi’ fl-Ukrajna.
Macron sejjaħ għal aktar sanzjonijiet għall-esportazzjoni tal-faħam u ż-żejt mir-Russja, iżda l-President Franċiż ma għamel l-ebda referenza għall-gass li qed jipproduċi dan il-pajjiż u li qed jissupplixxi lil ħafna Stati tal-Ewropa.
Sadanittant, il-Ġermanja – li hi fost l-aktar pajjiżi li jiddependu fuq il-gass mir-Russja – qalet li qed taħdem lejn ‘embargo fuq il-prodotti tal-enerġija’ fil-konfront tal-Kremlin. Madankollu, il-Gvern Ġermaniż, fl-istess ħin, ma indikax li għandu jieħu azzjoni immedjata minn dan l-aspett.
Min-naħa tiegħu, il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Boris Johnson, kompla jesprimi stmerrija għall-azzjonijiet tal-militar Russu li qed jikser il-konvenzjonijiet kollha tal-gwerra — u fejn akkuża lill-President tar-Russja, Vladimir Putin u l-Kremlin dwar ‘aġir inuman u dispikabbli’fil-konfront tal-poplu Ukren.
//= $special ?>

