Coronavirus Lokali

COVID-19: Imutu ħamsa; 719 każ ġdid

Fl-aħħar sigħat mietu ħames persuni bil-Covid-19 biex it-total ta’ vittmi f’pajjiżna issa tela’ għal 649.

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 719 każ ġdid filwaqt li fiequ 380. Dan itella’ l-każi attivi għal 7,573.

Il-Minister tas-Saħħa qed jirrifjuta li jagħti l-figuri tal-virus f’pajjiżna minkejja li l-każi attivi dejjem qed jiżdiedu.

B’hekk, pajjiżna ma’ jafx l-ammont ta’ persuni pożittivi għall-virus rikoverati fl-Isptar Mater Dei u fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. Madanakollu, hu konfermat li l-Isptar reġa’ mhux ilaħħaq maż-żieda tal-pazjenti.