Futbol Sport

Ħamrun kontra Hibernians fil-kwartifinali tal-Izibet FA Trophy

(Ritratt: MFA)

Ittellgħu il-poloz tal-kwartifinali tal-Izibet FA Trophy bil-partita l-aktar mistennija tkun dik bejn Ħamrun Spartans u Hibernians. F’partita oħra li tispikka Floriana se jaffrontaw li Birkirkara filwaqt li l-unika tim miċ-Challenge League, Marsaxlokk se jiltaqgħu kontra Valletta. Il-kwartifinali se jintlagħbu fis-16 u 18 ta’ April.

Kwartifinali: Gżira United v Santa Lucia, Marsaxlokk v Valletta, Floriana v Birkirkara, Ħamrun Spartans v Hibernians

Semifinali: Gżira United/Santa Lucia v Marsaxlokk/Valletta, Floriana/Birkirkara v Ħamrun Spartans/Hibernians

Ittellgħu ukoll il-poloz tan-Knockout tan-Nisa bil-partita l-aktar li tispikka tkun dik bejn Birkirkara u Mġarr United. Mtarfa FC se jkunu qed jilagħbu direttament fis-semi finali hekk kif telgħu bħala bye.

Kwartifinali: Birkirkara v Mġarr United, Raiders Lija v San Ġwann, Swieqi United v Kirkop United

Semifinali: Birkirkara/Mġarr United v Raiders Lija/San Ġwann, Swieqi United/Kirkop United v Mtarfa FC