Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Enfasi biex Putin ikun ipproċessat għal reati tal-gwerra

Il-President tal-Istati Uniti, Joe Biden, mill-ġdid fisser lill-President Russu Vladimir Putin bħala kriminal tal-gwerra waqt li enfasizza ‘il-ħtieġa’ li Putin jgħaddi minn proċess ġudizzjarju dwar il-massakri ta’ ċivili fl-ibliet Ukreni, fosthom l-inħawi ta’ Bucha.

Id-dinja, fil-preżent, qed tesprimi xokk kbir għar-ritratti u filmati li qegħdin joħorġu mill-Ukrajna u li qed juru toroq  mimlijin bil-katavri ta’ċivili maqtula….Il-maġġoranza tal-vittmi spiċċaw wiċċhom l-isfel b’idejhom marbutin fuq wara fost is-sinjali li l-militar tal-Kremlin spiċċa jimmassakra ċittadini li mhumiex ġellieda biex jisfoga għall-umiljazzjonijiet li qed isofri fuq il-kamp tal-battalja.

Joe Biden qal ukoll li qed jipprova jwettaq aktar sanzjonijiet kontra r-Russja li huma relatati mal-atroċitajiet fl-Ukrajna – bil-Kremlin ta’ Moska jiċħad kontinwament li t-truppi tiegħu ‘qegħdin jimmaraw lejn ċivili’,

Dan ukoll meta l-Kremlin ta’ Moska kien esprima għadab kbir għall-ewwel darba ( ix-xahar li għadda) meta l-President Biden kien akkuża lil Vladimir Putin dwar reati tal-gwerra.