Il-President tal-Ukrajna, Volodymyr Zelensky qal li l-qawwiet Russi qed jippruvaw jaħbu l-provi tal-atroċitajiet li qed iwettqu fl-artijiet Ukreni. Dan waqt li sorsi f’Moska qegħdin jirribattu li ‘il-katavri fit-toroq ta’ Bucha huma kollha parti minn teatrin intiż biex juri lir-Russi f’dawl ikrah’.
Zelensky kompla bl-allegazjonijiet li ‘il fuq minn 300 ċivili spiċċaw maqtula u torturati f’Bucha u l-madwar. Dan waqt li r-Russja għadha tiċħad li qed toqtol jew tittortura lill-familji waqt l-invażjoni tal-Ukrajna.
Intant, fl-aħħar sigħat, l-uffiċjali Ukreni qalu li tilfu ħajjithom ‘il fuq minn 19,000 suldat Russu mill-bidu tal-invażjoni tal-Ukrajna fl-24 ta’ Frar.
Madankollu, il-media barranija ma tistax tikkonferma jekk dawn iċ-ċifri humiex minnhom jew le.
L-imkejjen infurmati fi Kiev sostnew li r-Russi, waqt l-invażjoni, tilfu qrib l-2,000 tank tal-gwerra u vettura armata; 140 attack helicopter u mal-150 ajruplan tal-gwerra.
//= $special ?>