Waqt li deħlin dejjem aktar rapporti dwar il-massakri ta’ ċivili fl-Ukrajna, is-sorsi ewlenin f’Londra qalu li l-Gvern tar-Renju Unit qed jikkunsidra azzjonijiet ġodda kontra s-suldati Russi li qegħdin jassedjaw l-ibliet Ukreni huma u joqtlu familji sħaħ li jinzertaw quddiemhom
Filwaqt li l-azzjonijiet kapaċi jinkludu s-sanzjonijiet, ir-Renju Unit qed jikkunsidra kif is-suldati Russi jistgħu jinżammu kontabbli għad-delitti tal-gwerra fl-Ukrajna.
Għalissa qed ikunu analizzati l-miżuri li kapaċi jolqtu direttament lill-kurunelli, il-maġġuri u l-kaptani mal-Armata Russa meta dawn l-uffiċjali wkoll qed jagħtu direttivi għal atroċitajiet fil-konfront taċ-ċivili Ukreni.
//= $special ?>