Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Meħlusa numru ta’ ħaddiema mas-Salib l-Aħmar

Ħarġet l-aħbar li l-membri ta’ skwadra ta’ ħaddiema mal-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar (ICRC) inħelsu mill-pulizija wara li kienu nħatfu fil-belt Ukrena ta’ Manhush.

L-aħħar rapporti qed jgħidu li Manhush tinsab taħt il-kontroll tar-Russi, bl-ICRC jesprimi ‘ferħ profond’ talli l-ħaddiema salvaw b’ħajjithom.

L-istess ħaddiema ta’ fejda kienu ilhom l-aħħar jiem jippruvaw iwasslu l-għajnuna urġenti lill-poplu ċivili f’Mariupol li għadu taħt assedju qalil mill-qawwiet Russi.

Din l-iskwadra anki kellha tgħin fl-evakwazzjoni ta’ ċivili minn Mariupol iżda l-istess ħaddiema tal-ICRC, fl-aħħar sigħat,  kienu kostretti li jmorru f’Zaporizhzhia għal raġunjiet mhux għal kollox ikkonfermati.

Intant, mhux ċar jekk il-ħaddiema, ‘il quddiem, għandhomx ikomplu bil-missjoni lejn Mariupol.