Numru kbir ta’ Pulizija minn diversi sezzjonijiet tal-Korp niżlu fil-wied ta’ Ħal Qormi fejn aktar kmieni illum wara li nstab katavru ta’ raġel.
Net News hu infurmat li l-vittma instab f’bagoll ta’ karozza – xi ħaġa li ġiet konfermata aktar tard anke mill-Pulizija stess.
Jidher li s-sejħa lill-Pulizija saret wara li kien hemm riħa qawwija ħierġa mill-istess vettura. U allura mhux eskluż li l-katavru kien ilu xi jiem maqful fil-bagoll.
Kelliem għall-Pulizija qalilna li r-raġel instab fi stat qawwi ta’ dekompożizzjoni.
Il-vittma instab fil-karozza tar-raġel li ftit tal-jiem ilu kien ġie rappurtat nieqes.
Ritratti: Martin Agius
