Futbol Sport

Kevin De Bruyne deċiżiv għal Man City… Liverpool jegħlbu lil Benfica fil-Portugall

(Ritratt: EPA)

Fl-ewwel kwartifinali tal-UEFA Champions League, fl-Etihad Stadium Man City għelbu lil Atletico Madrid bl-iskor ta’ 1-0. Fl-ewwel taqsima kontoll assolut minn Man City li minkejja d-dominanza u l-pusses tal-ballun ftit li xejn impenjaw lil goalkeeper ta’ Atletico Madrid Jan Oblak. Fl-54 minuta l-ewwel okkażjoni ta’ skor għal Man City meta l-freekick ta’ Kevin De Bruyne kien mtajjar b’diffikulta mill-goalkeeper ta’ Atletico. Madanakollu fid-69 minuta wara l-introduzzjoni ta’ Phil Foden u Jack Grealish, Man City marru fil-vantaġġ, meta minn pass preċiż ta’ Foden kien Kevin De Bruyne li għeleb lil Jan Oblak għal 1-0. Għaxa minuti wara Phil Foden għadda tajjeb mil-lemin qassam lejn De Bruyne iżda l-konklużjoni tiegħu kienet mtajjra mid-difensuri ta’ Atletico.

F’partita oħra f’Estadio da Luz Liverpool kisbu rebħa mportanti ta’ 3-1 fuq Benfica biex se jkunu qed jieħdu dan il-vantaġġ fil-partita ta’ ritorn f’Anfield. Liverpool fetħu l-iskor fis-17-il minuta meta minn corner ta’ Andrew Robertson kien Ibrahima Konate li bir-ras xeħet fix-xibka għal 1-0. It-tim immexxi minn Jurgen Klopp irdoppjaw fl-34 minuta meta minn cross ta’ Trent Alexander Arnold, Luis Diaz għadda lejn Sadio Mane li mill-viċin xeħet fix-xibka għal 2-0, riżultat li bih intemmet l-ewwel taqsima. Fit-tieni taqsima Benfica ħarġi jfittxu l-gowl u naqqsu d-dsitakk fid-49 mintua meta minn żball difensiv ta’ Ibrahima Konatae, Darwin Nunez approfitta u għeleb lil Alisson għal 2-1. Madanakollu Liverpool għalqu l-partita fis-87 minuta meta minn pass ta’ Naby Keita kien Luis Diaz li xeħet fix-xibka għal 3-1

UEFA CHAMPIONS LEAGUE

Illum: Man City v A.Madrid 1-0, Benfica v Liverpool 1-3, Għada: Chelsea v Real Madrid 9.00pm, Villarreal v Bayern Munich 9.00pm