Id-difensur laterali ta’ Arsenal Kieran Tierney mistenni jitlef il-kumplament tal-istaġun wara li weġġa’ irkopptejh matul il-waqfa internazzjonali li għaddiet. Tierney mistenni jkun operat aktar tard din il-ġimgħa u se jkun qed jitlef numru ta’ xhur, fejn mhux eskluż li jitlef ukoll il-playoff importanti tal-Iskozja għall-kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-Qatar, f’Ġunju.
Id-difensur laterali lagħab id-90 minuta fiż-żewġ partiti tal-Iskozja kontra l-Polonja u l-Awstrija, fejn skorja fid-draw ta’ 1-1 kontra l-Polonja. Tierney tħalla barra mit-telfa li sofrew Arsenal kontra Crystal Palace fil-bidu tal-ġimgħa, b’Nuno Tavares joħodlu postu fuq il-linja xellugija.
Arsenal se jospitaw lil Brighton fil-partita ta’ nhar is-Sibt fit-taqtiegħa li jiksbu post mal-ewwel erba’ u jikkwalifikaw għall-UEFA Champions League wara nuqqas ta’ ħames snin.
//= $special ?>