Sport Waterpolo

L-isforz ta’ Exiles mhux biżżejjed għal kontra Sliema … Valletta jerġgħu jirbħu fl-Ewwel Diviżjoni

(Ritratt: Timmy Cutugno)

Rapport: Stewart Said

SLIEMA FRANK SALT………. 15

EXILES…………………………….. 7

(4-2), (5-3), (1-1), (5-1)

Għat-tieni darba f’din il-kompetizzjoni, Sliema Frank Salt għelbu lil Exiles biex assiguraw li jibqgħu fil-quċċata. Jekk fl-ewwel rawnd Sliema ddominaw, l-istorja ta’ din il-logħba kienet ftit differenti, għalkemm xorta kien jimmeritahom ir-rebħa. Għal Exiles irritorna l-kowċ Aurelien Cousin li kien assenti fl-aħħar partiti.

Sliema kisbu vantaġġ ta’ tliet gowls fl-ewwel sessjoni u dehru li resqin għal rebħa faċli. Iżda Exiles wieġbu b’żewġ gowls fi ftit ħin. Il-vantaġġ baqa’ ta’ żewġ gowls sal-ewwel minuti tat-tieni sakemm gowls minn Kieyan Borg, Jerome Gabarretta u John Brownrigg kabbru d-distakk għal 8-3.

Exiles baqgħu xorta jippruvaw biex iżommu r-riżultat viċin kemm jista’ jkun. Il-gowl ta’ Max Aquilina fil-bidu tat-tielet sessjoni deher li seta’ jagħti tama ġdida lil Exiles iżda ma rnexxielhomx ipoġġu biżżejjed pressjoni fuq l-avversarji, b’Mark Meli jagħmel l-iskor 10-6. Fl-aħħar sessjoni, Sliema komplew jieħdu vantaġġ mill-iżbalji tal-avversarji u wessgħu l-vantaġġ li ma jirriflettix il-prestazzjoni ta’ Exiles.

Sliema: N. Grixti, J. Gabarretta (2), L. Galea (2), D. Rizzo, M. Meli (2), B. Cachia (1), J. Cutajar (1), M. Mifsud (1), J. Brownrigg (1), K. Borg (1), Z. Mizzi, D. Zammit (4), A. Theuma, J. Saliba, T. Camilleri

Exiles: M. Castillo, N. Saliba, S. Apap, P. Paris, T. Sullivan (1), S. Xerri de Caro (1), M. Fenech, K. Griscti (1), N. Paris (2), J. Bajada (1), M. Aquilina (1), D. Fenech, G. Borg, L. Gialanze, M. Martellacci

Referees: Peter Balzan, Richard Magri

VALLETTA IZIBET……………. 13

BARRACUDAS………………… 4

(3-1), (2-1), (3-1), (5-1)

Valletta Izibet komplew isaħħu posthom fil-quċċata tal-Ewwel Diviżjoni b’rebħa komda fuq Barracudas, distakk li kiber gradwalment iżda b’mod speċjali fl-aħħar sessjoni.

Gowls minn Stephen Micallef u Daniel Paolella taw vantaġġ doppju lil Valletta. T.J. Mifsud naqqas id-distakk minn man-up sakemm Luke Hyzler reġa’ rdoppja l-vantaġġ. It-tim ta’ Joe Cremona kkonsolida l-vantaġġ fit-tieni sessjoni b’gowls ta’ Luca Felice u Tristan Said, b’Sean Aquilina jiskorja għal Barracudas bl-aħħar xutt tas-sessjoni.

Il-Beltin prattikament aċċertaw mir-rebħa fit-tielet sessjoni b’gowl ta’ Matthew Pace u doppjetta ta’ Nicholas Farrugia. Għalkemm it-tliet punti kienu assigurati, Valletta baqgħu jkabbru l-vantaġġ u rnexxielhom isibu x-xibka ħames darbiet oħra, tlieta minnhom minn man-up.

Valletta: B. Busuttil, N. Farrugia (2), M. Pace (2), L. Hyzler (1), Z. Micallef (1), T. Said (1), D. Paolella (1), K. Cremona (1), S. Micallef (2), J. Culic, K. Galea, O. Zammit, A. Bugeja, L. Felice (2)

Barracudas: C. Bugeja, A. Piccione (1), A. Magri, P. Micallef, D. Ciantar (1), V. Bartolo, S. Aquilina (1), L. Galea, D. Camilleri, A. Grima, A. Mifsud, T.J. Mifsud (1), L. Abela, J. Bugeja, N. Camenzuli

Referees: Alex de Raffaele, Stefan Licari

Logħob li jmiss

Għada

L-Ewwel Diviżjoni

Marsaskala v Otters        6.15pm

Kampjonat Premier

Neptunes v Birżebbuġa   7.20pm

San Ġiljan v Sirens         8.25pm

Kampjonat Premier

                             L       R       D       T       F       K       Pti

Sliema                  6        6        0        0        85      25      18

San Ġiljan           5        4        0        1        59      29      12

Sirens                   5        3        0        2        38      46      9

Neptunes            5        1        1        3        40      52      4

Birżebbuġa         5        1        1        3        33      61      4

Exiles                   6        0        0        6        37      79      0

L-Ewwel Diviżjoni

                             L       R       D       T       F       K       Pti

Valletta                5        5        0        0        64      25      15

Marsaskala         4        3        0        1        60      17      9

Otters                  4        1        1        2        27      56      4

Ta’ Xbiex             4        1        1        2        41      48      4

Barracudas         5        0        0        5        33      79      0