Dak li qed jiġri fl-Ukrajna ma jistax jitħalla għaddej qisu xejn mhu xejn. Dak li qed iseħħ huma reati kontra l-umanitá.
Kemm bħala pajjiż kif ukoll bħala membri tal-Unjoni Ewropea għandna nkunu pro-attivi li ma nippermettux dak li qed iseħħ ftit ‘il bogħod minna. Il-Partit Nazzjonalista jappella lill-Gvern Malti biex jieħu azzjoni konkreta, rilevanti u deċiżiva quddiem dawn l-attroċitajiet.
Flimkien mal-poplu Ewropew għandna nkunu solidali mal-familji Ukreni, imma fl-istess ħin iebsa fil-konfront ta’ min qed ireġġa’ l-Ewropa lura għal dak li seħħ fit-tieni gwerra dinjija. Fl-Ewropa li ħadmu fuqha missirijietna u li aħna tant ngħożżu l-valuri tagħha, dawn ir-reati mhumiex aċċettabbli.
L-Unjoni Ewropea ingħaqdet biex iggib il-paċi u l-istabbilita’ fil-kontinent u dawn m’għandhomx jigu preġudikati u mhedda. Il-Gvern Malti, inkluż bis-sehem tiegħu fil-fora Ewropej, għandu jkun favur li jkun hemm aktar sanzjonijiet fuq ir-Russja.
Il-Partit Nazzjonalista jappella favur aktar għajnuna umanitarja u appoġġ loġistiku lill-poplu Ukren li hu vittma f’din il-gwerra kiefra.
//= $special ?>

