Lokali Qorti

Minkejja li għaddiet l-elezzjoni għal PN l-urġenza fil-każ dwar żbilanċ fil-PBS għadu relevanti

Minkejja li l-elezzjoni ġenerali għaddiet għall-Partit Nazzjonalista l-kawża li qed jagħmel il-Partit Nazzjonalista kontra l-PBS u l-Awtorità tax-Xandir dwar żbilanċ għad relevanti. Dan għaliex kull ġurnata ta’ żbilanċ mill-istazzjoni tal-istat qed jaffettwa lill-PN.

Meta kompliet il-kawża quddiem l-Imħallef Grazio Mercieca l-Professur Ian Refalo li qed jirrapreżenta liċ-Chairman tal-Awtorità tax-Xandir , Frank V Farrugia filwaqt li qal li għadu mhux ċert jekk l-istess Awtorità għandhiex provi xi tressaq, huwa ta x’jifhem fil-Qorti li issa li l-elezzjoni ġenerali għaddiet, allura l-kawża issa mhijiex waħda daqstant urġenti.

L-Avukat Paul Borg Olivier, li flimkkien mal-Avukat Francis Zammit Dimech qed jidher għall-PN qal li l-kwistjoni tal-elezzjoni ma treġix seta’ kien hemm riżultat differenti, seta’ kien hemm riżultat ta’ maġġoranza ta’ vot jew 100,000 vot, l-urġenza għadha imperattiva għal xandir bilanċjat. L-Avukat Borg Olivier qal li l-kummenti minn naħa tal-Awtorità tax-Xandir ma jagħmlux sens.

Dan fid-dawl ripetut  ta’ aġir simili li kien ukoll seħħ qabel l-elezzjoni biex isir kull sforz biex il-proċess fil-kawża jieħu fit-tul. Il-Professur Refalo qal ukoll li fi żmien ġimgħa se jippreżenta nota fil-Qorti biex javżaha jekk għandux provi xi jressaq, xi ħaġa li x’aktarx iva milli le, li m’għandux aktar provi, iżda jrid ikun ċert.

L-Avukat Edward Gatt li flimkien mal-Avukat Mark Vassallo qed jidher għall-PBS  qal li l-istazzjoni m’għandux aktar provi filwaqt li l-kawża Kostituzzjonali li saret ukoll kontra l-eks Ministru Carmelo Abela li kien responsabbli mix-xandir nazzjonali, issa li m’għadux Ministru, trid tiġi modifikata fuq dan l-aspett. Anke l-Avukat tal-Istat filwaqt li ddikikjara li mhux parti leġittima f’parti mill-kawża. Il-każ se jkompli fil-21 ta’ April li ġej fis-1.00pm.