Jisimha Rita Azzopardi, il-mara ta’ 75 sena residenti Birżebbuġa, illi mietet ilbieraħ filgħaxija wara li waqgħet madwar sular minn gallarija.
Jidher li l-mara għelbet meta għal xi raġuni ċedew il-balavostri tal-istess gallarija.
Fil-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu, imma sfortunatament hija ġiet iċċertifikata mejta fil-post.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Doreen Clarke li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.