Lokali

Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi f’inċident ma’ vettura fil-Furjana

Sewwieq ta’ mutur qed isofri minn xi ġrieħi u kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li kien involut f’inċident ma’ vettura fi Triq St. Francis Ravelin, il-Furjana għall-ħabta tat-8 ta’ dalgħodu.

Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-Pulizija fejn irriżulta li seħħ inċident bejn karozza misjuqa minn raġel ta’ 57 sena residenti Birżebbuġa u mutur misjuq minn raġel ta’ 45 minn Marsaskala.

Tim mediku ta l-ewwel għajnuna lis-sewwieq tal-mutur u ttieħed l-Isptar għall-kura. Hu ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.