Lokali

“Sfortunatament 99.9% il-katavru li nstab huwa taz-ziju tiegħi” – In-neputija ta’ Mario Farrugia

Intant, fl-aħħar sigħat, in-neputija ta’ Mario Farrugia – il-persuna li kien rappurtat nieqes – qalet li 99.9% il-katavru misjub fil-bagoll tal-karozza fil-Wied ta’ ħal Qormi huwa ta’ zijuwha.

Hija insistiet li din hija l-verità u d-destin kiefer li kellu jolqot lil Mario Farrugia filwaqt li insistiet li ħadd ma ħaqqu mewta hekk.

Intant il-Pulizija għad iridu jikkonfermaw fiċ-ċert jekk il-katavru misjub huwa proprju ta’ Mario Farrugia hekk kif għadu mistenni l-eżitu tal-awtopsja.