Lokali

Tingħata ġieħ tal-impenn u kuraġġ li uriet lejn l-istat tad-dritt u l-infurzar tal-liġi

Id-Deputat Kummissarju tal-Korp tal-Pulizija ata’ Malta, Alexandra Mamo ngħatat ġieħ “Ambassador’s Nominee for U.S. Secretary of State’s Women of Courage Award” minn Gwendolyn “Wendy” Green, Chargé d’Affaires fl-Ambaxxata tal-Istati Uniti.

Dan il-premju annwali jonora lin-nisa li wrew kuraġġ, impenn u tmexxija eċċezzjonali fit-titjib tal-ħajja ta’ ħaddieħor. L-Ambaxxata tal-Istati Uniti għażlet lid-Deputat Kummissarju Mamo bħala r-riċevitur ta’ dan il-premju minħabba l-impenn eċċezzjonali u kuraġġuż tagħha lejn l-istat tad-dritt u l-infurzar tal-liġi f’Malta.

L-Ambaxxata tal-Istati Uniti u l-Korp tal-Pulizija ta’ Malta jgawdu minn sħubija eċċellenti, li tipprovdi opportunitajiet għal taħriġ u sforzi kollaborattivi biex tiġi miġġielda l-kriminalità reġjonali u internazzjonali.