Lokali

Żewġ ċiklisti jtemmu b’suċċess il-Vassallo Group Century Ride biex jippromwovu l-paċi u l-iżvilupp

Vassallo Group u CareMalta jiċċelebraw il-Jum Internazzjonali tal-Isport għad-Determinazzjoni u l-Paċi permezz ta’ maratona minn żewġ ċiklisti.

Pio Vassallo u James Sciriha – CEOs tal-Grupp – għamlu distanza ta’ madwar 100 kilometru bejn numru ta’ djar u faċilitajiet ta’ CareMalta. Numru ta’ persuni oħra, fosthom iċ-Chairperson tal-Grupp Natalie Briffa Farrugia li pparteċipaw fl-attività hekk kif għamlu parti mir-rotta huma wkoll. Ipparteċipaw ukoll żewġ Diretturi oħrajn.

L-attività li saret lejliet il-Jum Internazzjonali tal-Isport għall-Iżvilupp u l-Paċi bdiet fit-8am minn Casa San Paolo f’San Pawl il-Baħar u spiċċat għall-ħabta tas-1:30pm hekk kif waslu fl-aħħar residenza li kienet Cara Arkati, il-Mosta.