Coronavirus Lokali Saħħa

822 każ ġdid ta’ COVID-19

Skont data li qed toħroġ fuq sit partikolari, Net News jista’ jikkonferma li fl-aħħar 24 siegħa, pajjiżna rreġistra 822 każ ġdid ta’ Coronavirus. Dan filwaqt li spiċċaw iż-żmien ta’ kwarantina wara li kienu pożittivi għall-virus, total ta’ 366 persuna.

Dan ifisser li għal jum ieħor, il-każi attivi reġgħu żdiedu b’mod sostanzjali u issa jammontaw għal 8,029.

Sfortunatament, fl-aħħar 24 siegħat, bil-COVID, tilfet ħajjitha persuna oħra biex l-ammont ta’ imwiet tal-Pandemija sa’ minn Marzu tal-2020, issa tela’ għal 650.

Għal jum ieħor, informazzjoni dwar is-sitwazzjoni fl-isptarijiet ma ħarġitx.