F’Turf Moor Burnley kisbu rebħa mportanti ta’ 3-2 fuq Everton biex qawwew it-tamiet tagħhom li jżommu poshtom fil-Premier League. Min-naħa l-oħra għal Everton din it-telfa tagħmilha aktar reali il-possibilita’ li jispiċċaw mal-aħħar tlieta fi tmiem l-istaġun. Kienu Burnley li fetħu l-iskor fit-12-il mintua meta minn corner ta’ Maxwel Cornet kien Nathan Collina li b’volley mill-isbaħ għeleb lil Pickford għal 1-0.
Reazzjoni mmedjata minn Everton, meta fit-18 –il mintua huma ngħataw penalty. Mill-ħdax-il metru Richarlison ma żbaljax għal 1-1. Fil-41 minuta Everton fil-vantaġġ, meta din id-darba Aaron Lennon waqqa’ lil Vitali Mykolenko fil-kaxxa, bir-referee jordna penalty, bil-Brażiljan Richarlison jitfa’ wara Nick Pope għal 2-1.
Madanakollu fit-tieni taqsim rimonta ta’ Burnley. Huma kisbu d-draw fis-57 minuta meta kien Jay Rodriguez li xeħet fix-xibka mill-viċin. Biex fil-85 minuta minn pass ta’ Matej Vydra kien Maxwel Cornet li kkonkluda fix-xibka u ta rebħa spettakolari lil Burnley.
PREMIER LEAGUE
Illum: Burnley v Everton 3-2
//= $special ?>