Sport Sport Ieħor

Calypso jirbaħ il-Camilleri Marine Gozo Weekend Regatta

Il-Camilleri Marine Gozo Weekend Regatta  kienet iddominata minn żewġ J99s – il-Calypso ta’ Tom Ripard u l-Lartista ta’ Anton Calleja. Iż-żewġ jottijiet tellqu flimkien matul ir-Regatta li kien fiha ħames tlielaq.  Kien ser jkun rekord bla telfa għal Calypso, li kieku ma kienx għall-J92 Alecto ta’ Charles Cronin li kiseb rebħa fl-aħħar tellieqa il-Ħadd.

Ir-Regatta bdiet il-Ħamis filwaqt li kompliet il-Ġimgħa waranofsinhar bil-flotta tmur l-Imġarr Għawdex. . Il-bidu kien daqsxejn aktar eċitanti b’Calypso joħroġ mill-port segwit minn Lartista. Barra Tigne Point kienu Kontiki (Ferdinand Grech), Maltese Falcon (Adrian Gauci Borda) u Alecto li kienu flimkient għal xi ftit żmien iżda kien Alecto li tbied minnhom wara ftit. 

Is-Sibt saru biss żewġ tlielaq minħabba r-riħ filwaqt li l-Ħadd il-flotta ħalliet Għawdex kif pjanat. Finalment il-jott Calypso kien dikjarat rebbieħ overall tar-Regatta Camilleri Marine Gozo Weekend.