Knisja Lokali

“Ejja nimxu fuq l-eżempju tal-poplu Malti u nilqgħu lill-immigranti u nagħtuhom il-kenn li jixirqilhom” – Papa Franġisku

“Ejja nimxu fuq l-eżempju tal-poplu Malti u nilqgħu lill-immigranti u nagħtuhom il-kenn li jixirqilhom. Meta kont Malta, stajt inħoss il-qalb tal-Maltin u l-Għawdxin tħabbat bil-ferħ”.

Kliem il-Papa Franġisku meta kien qed jgħaddi l-messaġġ tiegħu fl-udjenza ġenerali tal-Erbgħa li ssir fil-Vatikan. Il-Papa Franġistku għamel refernza għaż-żjara tiegħu f’Malta u Għawdex u l-laqgħa mill-isbaħ li kellu mill-poplu Malti.

Huwa rringrazzja mill-ġdid lill-President ta’ Malta George Vella għall-akkoljenza li kellu minn kulħadd.

Ma setax jonqos li Papa Franġisku jsemmi ż-żjara li għamel fil-Laboratorju tal-Paċi u tenna l-apprezzament tiegħu għall-ħidma li qed jagħmel Patri Dijonisju Mintoff ma’ dawn l-immigranti.