Lokali

Għada l-Elezzjoni Każwali tal-Labour – Cutajar biċ-ċans li xorta waħda tkun fil-Parlament

Il-Ħamis se tkun qed isir l-elezzjoni każwali għall-kandidati Laburista, bil-protagonisti f’din it-tellieqa mistennija jkunu Rosianne Cutajar u Glenn Bedingfield.

Tul l-aħħar leġiżlatura, Cuatajar ma baqghetx fl-irwol ta’ Segretarju Parlamentari minħabba li kienet instabet ħatja ta’ ksur ta’ etika mill-Kummissarju tal-Istandards. Għalkemm fl-aħħar tal-Leġiżlatura hija xorta waħda kienet inħatret bħala Chairperson ta’ Kumitat Parlamentari.

Cutajar se tkun qed tikkontesta s-siġġu vakat fis-6 Distrett mill-Ministru Ian Borg.

Min-naħa l-oħra Glenn Bedingfield, il-whip tal-Grupp Parlamentari tal-Labour se jkun qed jikkontesta kemm l-elezzjoni każwali tat-2 Distrett u anke tar-4 Distrett ghas-siġġijiet vakati minn Clyde Caruana u Chris Fearne.

Fost il-kandidati l-oħra li se jkunu qed jikkontestaw l-Elezzjoni Każwali hemm l-eks Ministru Joe Mizzi, l-eks Deputat Jean Claude Micallef, u l-kandidati Laburisti James Grech u Ray Abela fost l-oħrajn.

Kien il-ġimgħa li għaddiet, meta l-Eżekuttiv tal-PL ivvota biex jiddeċiedi liema distretti se jċedu l-Membri Parlamentari li gew eletti minn żewġ distretti.

Id-deċiżjoni li Michael Falzon u Clifton Grima jċedu d-9 Distrett fissret li l-unika kandidat Laburista mhux eletta f’dak id-distrett, Rebecca Buttigieg, awtomatikament issir deputat. Dan filwaqt li ġie co-opted Randolph Debattista għas-siġġu battal li kien fadal fid-distrett.

Debattisa, issa, tpoġġa’ wkoll bħala Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista.