Numru ta’ organizzazjonijiet flimkien ma’ ħbieb ta’ Lassana Cisse nġabru quddiem il-Qorti fil-Belt Valletta l-Erbgħa filgħaxija sabiex jitolbu li ssir ġustizzja mill-aktar fis. Dan għaliex il-każ tiegħu għadu kapitlu miftuħ.
Lassana Cisse nqatel kiesaħ u biered tliet snin ilu, bl-appell ta’ dawk preżenti kien biex fuq kollox f’Malta jieqaf darba għal dejjem ir-razziżmu.
Dawk li protestaw qalu illi jittamaw li din id-dimostrazzjoni tissarraf f’aktar għarfien lejn il-valur tal-ħajja – u l-valur ta’ kull persuna ġejja minn fejn ġejja, u hi ta’ liema kulur hi.
Lassana Cisse nqatel f’Ħal Far, f’każ illi fih żewġt irġiel oħra sfaw ukoll vittmi ta’ dik l-isparatura.
Din l-aħbar kienet waħda li ħasdet pajjiż sħiħ; qtil deskritt bħala wieħed b’mottiv razzista; aħbar li kienet rappurtat anke fil-media internazzjonali.
L-akkużati Francesco Fenech u Lorin Scicluna dak iż-żmien kienu jiffurmaw parti mill-Forzi Armati ta’ Malta.
Numru kbir ta’ seduti fil-qorti, numru kbir ta’ xhieda, numru ta’ allegazzjonijiet, investigazzjoni kollox wassal sabiex iż-żewġ suldati mixlijin bl-assassinju brutali, fis-16 ta’ Diċembru ngħataw il-libertà proviżorja, bil-każ għadu mhux mag]luq.
//= $special ?>