Rapport: Stewart Said
SAN ĠILJAN MERCURY TOWERS…. 17
SIRENS MECCA MARIN………………… 6
(4-1), (3-0), (4-1), (6-4)
San Ġiljan Mercury Towers komplew isegwu lil Sliema, bir-raba’ rebħa konsekuttiva. Konfront li għajr l-ewwel minuti, San Ġiljan dejjem kellhom il-kontroll tiegħu.
Sirens kellhom l-inizjattiva sakemm Matthew Zammit fetaħ l-iskor lejn nofs l-ewwel sessjoni. Il-vantaġġ beda jikber gradwalment, b’Nikolai Zammit jiskorja tripletta fit-tieni sessjoni biex il-Ġiljaniżi kabbru d-distakk għal 7-1.
B’diversi bidliet li ż-żewġ kowċis bdew jagħmlu, il-logħba naqqset mir-ritmu iżda San Ġiljan baqgħu jikkontrollaw. Jerome Zerafa Gregory naqqas id-distakk parzjalment minn man-up iżda San Ġiljan wieġbu b’erba’ gowls oħra. L-aħħar sessjoni kienet aktar miftuħa, b’Sirens jippruvaw jillimitaw id-danni.
San Ġiljan: J. Tanti, P. Borg, N. Schiavone (1), R. Caruana, M. Zammit (3), M. Ortoleva (1), D. Tully(2), J. Bonavia (1), N. Zammit (5), D. Zammit, N. Bugelli (2), G. Vassallo, F. Scardino, D. Fero
Sirens: O. Gauci, P. Serracino, K. Erdogan (2), J. Sciberras, J. Zerafa Gregory (1), G. Farrugia, M. Chircop (1), I. Riolo, J. Napier, M. Cutajar, M. Sciberras (1), M. Aquilina, M. Bonello Dupuis, K. Agius, E. Bonnici
Referees: Peter Balzan, Richard Magri
NEPTUNES VIDEOSLOTS…………. 13
BIRŻEBBUĠA FREEPORT………….. 4
(2-2), (2-0), (4-1), (5-1)
Ritorn għar-rebħ għal Neptunes Videoslots wara l-prestazzjoni diżappuntanti fl-aħħar ħarġa tagħhom. Huma ftit sabu diffikultà biex għelbu lil Birżebbuġa Freeport li komplew bis-serje negattiva hekk kif issa ilhom mid-19 ta’ Marzu mingħajr rebħa.
Neptunes fetħu vantaġġ doppju iżda Birżebbuġa rkupraw sat-tmiem l-ewwel sessjoni. Doppjetta ta’ Jake Cachia poġġiet lil Neptunes 4-2 minn fuq, f’sessjoni li fiha Neptunes bdew jieħdu ftit il-kontroll tal-logħba.
Huma kabbru d-distakk fit-tielet sessjoni u għamluha diffiċli għal Birżebbuġa biex jirkupraw. Cachia, Michael Spiteri Staines u x-xellugi Ryan Galea kienu għamlu l-iskor momentarju 7-2. Fl-aħħar sessjoni huma baqgħu jikkontrollaw il-logħba u saħansitra żiedu l-vantaġġ għal 13-3, b’Ben Grech inaqqas id-distakk lejn it-tmiem.
Neptunes: A. Borg Cole, M. Zammit, G. Pace (1), J. Cachia (5), J. Spiteri Staines (1), M. Castillo (1), J. Camilleri (1), R. Galea (2), M. Spiteri Staines (2), D. Bugeja, Ma. Farrugia, Mi. Farrugia, L. Mallia
Birżebbuġa: M. Sladden, J. Farrugia (1), N. Cassar, B. Grech (2), C. Mifsud, G. Mannino (1), D. Cutajar, K. Tanti, R. Spiteri, D. Incorvaja, G. Sammut
Referees: Neville Mercieca, Massimo Angileri
M’SKALA FISH AND FISH……… 12
OTTERS NIVEA……………………… 7
(3-1), (3-1), (3-1), (3-4)
Anqas minn ġimgħa ilu, Marsaskala Fish and Fish għelbu lil Otters Nivea 23-3. Din id-darba d-distakk finali kien ta’ ħames gowls, xhieda biżżejjed ta’ titjib fil-prestazzjoni ta’ Otters, għalkemm xorta saru żbalji li faċilment ġew evitati.
Finalment it-tliet punti huma l-aktar importanti, b’Marsaskala komplew isegwu lil Valletta. It-tim ta’ Arpad Babay dejjem kien fil-vantaġġ tul il-logħba. Otters żammew il-livell mal-avversarji fl-ewwel parti tal-logħba.
Iżda Marsaskala rnexxielhom jaċċertaw mir-rebħa fit-tielet sessjoni. Fl-aħħar minuti tat-tieni sessjoni u l-ewwel mumenti tat-tielet sessjoni, Marsaskala skorjaw erbgħa mingħajr risposta u kabbru l-vantaġġ għal 8-2.
F’dan il-mument, l-għan ta’ Otters kien li jillimitaw id-danni. Huma baqgħu jippruvaw, irnexxielhom jirbħu l-aħħar sessjoni u setgħu naqqsu aktar id-distakk kieku kienu aktar attenti.
Marsaskala: J. Micallef, A. Camenzuli, P. Privitera (2), R. Greco (1), G. Galea, K. Navarro (1), M. Manara (1), D. Pace Lupi (3), G. Sammut, J. Ciantar (3), M. Carani, A. Muscat
Otters: M. Xerri, M. Bonnici (1), K. Scicluna, L. Grech Carr (2), Z. Camilleri, D. Dimech, I. Azzopardi, S. Dimech, L. Dimech (1), M. Farrugia, Z. Bartolo (3), A. Dimech, M. Grech
Referees: Stefan Licari, Ronnie Spiteri
Logħob li jmiss
It-Tlieta 19 ta’ April
L-Ewwel Diviżjoni
Barracudas v Ta’ Xbiex 6.30pm
Kampjonat Premier
San Ġiljan v Neptunes 7.35pm
Kampjonat Premier
L R D T F K Pti
Sliema 6 6 0 0 85 25 18
San Ġiljan 6 5 0 1 76 35 15
Sirens 6 3 0 3 44 63 9
Neptunes 6 2 1 3 53 56 7
Birżebbuġa 6 1 1 4 37 74 4
Exiles 6 0 0 6 37 79 0
L-Ewwel Diviżjoni
L R D T F K Pti
Valletta 5 5 0 0 64 25 15
Marsaskala 5 4 0 1 72 24 12
Otters 5 1 1 3 34 68 4
Ta’ Xbiex 4 1 1 2 41 48 4
Barracudas 5 0 0 5 33 79 0
//= $special ?>