Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-1:00am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Mile End, il-Ħamrun.
Il-Pulizija marret fil-post, fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li kien għadu kemm seħħ argument bejn grupp ta’ nies u waqt dan l-argument tlett irġiel mis-Sirja li għandhom 24, 29 u 31 sena rispettivament, sofrew xi ġrieħi.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, u ambulanzi ħadu lill-irġiel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Aktar tard, ir-raġel ta’ 31 sena ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi, filwaqt li l-irġiel l-oħrajn ġew iċċertifikati li weġġgħu ħafif.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>