Lokali Qorti

Biżżejjed provi biex anzjan b’kondotta kkulurita jitqiegħed taħt att ta’ akkuża

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Marse-Anne Farrugia iddikjarat li jeżistu biżżejjed provi biex anzjan ta’ 68 sena miż-Żurrieq jitqiegħed taħt att ta’ akkuża. Joseph Zahra deskritt mill-Pulizija li huwa “theddida tas-soċjetà” bi spettur tal-Pulizija jgħid li mingħajr il-preżenza tiegħu l-Belt Kapitali hija aktar trankwilla qed jiġi mixli b’10 akkużi li jinkludu reati li pprova jbeżża’ Maġistrat biex din ma taqdix dmirijietha fix-xogħol tagħha.

L-isem tal-Maġistrat ma tistax tissemma’ fuq ordni tal-Qorti filwaqt li f’każ ieħor aġixxa b’mod irresponsabbli fl-awla tal-Maġistrat Monica Vella fejn hija ma kellhiex għażla li ssibu ħati ta’ disprezz għal darba, darbtejn u mmultatu €2,000  li allegatament wara li ħareġ mill-awla offra reżistenza fuq diversi membri tal-Korp tal-Pulizija.

Ir-raġel li għal darba oħra kien preżenti fil-Qorti bil-krozzi għandu rekord kiriminali oħxon daqs ktieb. Mix-xhieda ħareġ minbarra akkużi ta’ theddid fuq il-Maġistratura u membri tal-Korp tal-Pulizija huwa seraq żewġ mobiles minn kiosk fil-Belt u anke flus kontanti.

Ingħad ukoll li njora kull ordni mogħtija lilu mill-pulizija jew xi persuna oħra ta’ awtorità. Ħareġ ukoll li Zahra għandu  rekord kriminali voluminuż ta’ 47 paġna.

L-akkużat ried ikellem lir-raġel ta’ Maġistrat biex jinfluwenza fuq kawżi pendenti

L-Ispettur Gabriel Micallef xehed  li x-xahar li għadda kien infurmat mis-superjuri tiegħu fuq każ ta’ Maġistrat fejn kien sar xi diskors minn Joseph Zahra. Mill-informazzjoni li għandu Zahra ipprova jagħmel influwenza meta mar iellem lir-raġel tal-Maġistrat, li huwa Avukat u mar ukoll għand missieru, wkoll avukat  u li ried ikellimhom fuq xi kawżi pendendenti mal-istess Maġistrat. Dawn iżda ma tawhx wiċċ.

Micallef qal li nvestigaw din l-allegazzjoni, u Zahra kien arrestat mill-Ispettur Kevin Pulis, wara li kellem lir-raġel tal-Maġistrat, li qallu li kien kellmu darba xhur ilu fuq kawżi pendenti u qallu li huwa ma jista’ jagħmillu xejn, minħabba li hija l-mara tiegħu. L-Avukat qallu wkoll li Zahra ipprova jikkuntattjah, iżda l-avukat baqa’ma kellmux. Wara x-xhud qal li kien kellem lil Joseph Zahra quddiem l-avukat tiegħu Leslie Cushieri fejn wara kkonfermalu l-istess verżjoni tar-raġel tal-Maġistrat u li dan qatt ma tah jew ried jagħtih appuntament.

L-ewwel xhud kien il-kunstistabbli Christian Bonello mill-Għassa l-Belt li qal li fit- 18 ta’ Marzu din is-sena kienet mitlub assitenza fl-alwa 11 tal-Maġistrat Monica Vella, li flimkien mas-Surġent tiegħu u kollegi oħra marru fuq il-post fejn kien hemm kommossjoni fl-awla. Minn hemm huwa ttieħed l-Għassa tal Pulizija Belt. Qal li hemm ittieħed il-footage recorded fuq il-body cam tiegħu.

L-informazzjoni li kellhom kienet li Joseph Zahra ma kienx qed jobdi l-ordnijiet tal-Pulizija. Tenna li mal-kommossjoni il-Maġistrat Vella qaltlu biex iżomm kil-kwiet u hu ma obdiex u kkundannatu għal  żewġ disprezzi. Tenna li x’ħin waslu għall-istqarrija huwa xegħel il-body cam.

Tenna li l-Pulizija għandhom struzzjonijiet biex fl-awla ma jixgheluwiex. Il-Maġistrat Farrugia, hawn ġibdet l-attenzjoni li din ma tistax tintuża mingħajr permess. Xehed ukoll is-Surġent David Ellul, ukoll stazzjonat ukoll il-Belt li qal li fit-18 ta’ mar il-Qorti peress li Joseph Zahra ma kienx qed jikkpera fl-awla. Jiftakar lik l-Maġistrat Monica Vella  kienet qed tagħmel seduta tad-distrett taż-Żejtun u Zahra beda jinterrompi l-ħin kollu u qala’ żewġ disprezzi.

Zahra ttieħed l-Għassa tal-Belt u xtaq ikellem lill-Avukat Leslie Cuschieri u wara hu, l-Ispettur Kevin Pulis u l-kuntistabbli Bonello xegħelu l-bodycams, u dawn ġew saved minnhom. Qal li kien talab lis-Security Principal Officer tal-Qorti talbu biex jiġbor xi filmati ta’ barra l-awla li ġew ippreżentati fil-Qorti. Tenna li x’ħin Zahra  beda jgħolli leħnu huwa qallu biex jikkalma.

Xehed ukoll Omar Hussein Mustafa Omar, Libjan li joqgħod Ħaż-Żebbuġ. Qal li għamel rapport li f’Marzu, li hu ħabib tiegħu kienu qed jieklu l-Belt fi Kiosk fejn  il-karozzi tal-linja. Saħaq li huma kellhom il-mobiles li ħallew fuq il-mejda. Qal li l-mobile tiegħu kien tal-għamlu Samsung li jiswa’ €350 u kellu l- flus fil-pocket ta’ l-istess mobile u dan fl-ammont ta’  €250.

Qal li kien bdew jitkellmu u llargaw ftit minuti u wara ma sabux il-mobiles tagħhom u bdew jilletikaw għax ma bdew iwaħħlu f’xulxin li xi ħadd kien  ħadhom. Ix-xhud qal li daħal ġewwa għand tal-Kiosk u talbu biex jaralu l-filmati u hemm għaraf lil Zahra bħala l-persuna li naddaf il-mobiles minn fuq il-mejda. Tenna li huwa għandu miktub fuq il-kaxxa tal-mobile kemm dan jiswa’ imma ma kienx ġabu  miegħu, bil-prosekuzzjoni tgħidlu biex fis-seduta li jmiss biex iġib il-kaxxa bħala proiva.

Xehed ukoll l-Ispettur Kurt Farrugia li qal li kien infurmat fuq is-serq tal-mobiles. Tenna li mill-investigazzjonijiet li għamel skopra li l-akkużat konxju mill-cameras li kien hemm fil-kiosk beda jdu mal-mejda u miexi l-minnha, iżda nqabad mill-komma tiegħu jiġbed il-mobiles għalkemm hu ma jidhrix mill-cameras.

Ried jagħti lura l-mobiles li seraq

Tenna li hu kien kellem lil Joseph Zahra u urieh il-filmat. Wara Zahra qallu li lest li jagħti lura l-mobiles li kellu d-dar, u qal li lil wieħed mill-irġiel li kien seraqlu l-mobiles għarfu għax fuq il-mobile kellu ritratt tiegħu u tal-partner, u li dan kien fil-cover photo.

Zahra talab lix-xhud biex jikkuntattja lill-vittmi biex jara jaċċettawx li jaħfrulu, imma qallu li l-akkużi xorta se joħorġu. Il-mobiles baqgħu sal-lum ma nstabux. Hawn id-difiża mmexxija mill-Avukat Peter Paul Zammit qal li xtaq li jitlob għal libertà proviżorja u dan peress li kien għad baqa’ xhud wieħed biss pajżan biex jixhed u li dan ma deherx fil-Qorti.

Dan kienet wieħed mill-allegati vittmi tas-serq tal-mobiles bil-Qorti twaħħlu 50 ewro amenda għax baqa’ ma tfaċċax.  L-Avukat Zammit oppona wkoll it-talba biex jinħataw espert fuq stills u filmati, fejn qal li dawn huma spejjeż żejda għall-klijent tiegħu.

L-Ispettur Gabriel Micallef wieġeb billi qal li messu Zahra qagħad kwiet u li l-espert irid jitqabbad għax dan irid ikun indipendenti u dan ix-xogħol ma tistax tagħmlu l-Pulizija. Id-Difiża qalet li r-recordings ilhom fil-pusses tal-Pulizija għal żmien twil fejn setgħu jagħmlu ix-xogħol huma. Qalet ukoll li l-espert mitlub mhuwiex fil-parametri legali stabbili mill-liġi billi mhuwa se jiddertimina l-ebda ħaġa li tirrikjjedi xi sena jew arti fid-determinazzjoni tagħha

L-Ispettur Gabriel Micallef qal li ninsabu fi stadju ta’ kumpilazzjoni għandhom jinħarġu footges minn espert, indipendenti mhux mill-Pulizija, bl-iskuża tal-ispjeeż u li għandha tinġieb kull prova fil-kumpilazzjoni. Wara li semgħet iż-żewġ partijiet il-Maġisgtrat Farrugia laggħet it-talba tal-prosekuzzjoni u qalet li d-dowloads iridu jsiru minn espert, fosthom dak tat-teħid ta’ stills u body cams .

Saħqet li mhux bilfors jistgħu jinqraw minn fuq apparat elettroniku bħal DVD’s normali mingħajr ħtieġa ta’ sofware speċifiku u tenniet li espert jista’ jkabbar l-istills biex ikun hemm aktar prova ċara ta’ dak li effettivament, qed juża fil-filmat

Il-Maġistrat Farrugia qalet ukoll li min joħroġ l-istills irid ikun persuna ta’ fiduċja tal-Qorti. Dwar spejjeż dawn jitħallsu mill-imputat jekk biss jinstab ħati ta’ xi waħda mill-akkużi u għaldaqstant il-Qort ma tistax tifhem il-preokupazzjoni tad-difiża fuq l-ispejjeż li jista’ eventwalment ibatihom hu, meta dan qed iwieġeb mhux ħati. Il-kumpilazzjoni mistennija tkompli fit-18 Mejju fis-1.00pm.