Fl-aħħar sigħat mietu żewġ persuni waqt li pożittivi bil-Covid-19. Dan itella’ t-total ta’ mwiet f’pajjiżna għal 652.
U fl-aħħar 24 siegħa nstabu 731 każ ġdid tal-virus filwaqt li fiequ 326 persuna oħra.
It-total ta’ każi attivi hu dak ta’ 8,357.
Dawn huma ċ-ċifri li kiseb Net News, bit-total ta’ persuni rivokerati l-Isptar Mater Dei waqt li pożittivi għall-Covid u dawk fit-Taqsima tal-Kura Intensiva mhumiex disponibbli għall-pubbliku. Dan hekk kif fl-aħħar jiem, il-Ministeru tas-Saħħa rrifjuta li jibqa’ joħroġ iċ-ċifri minkejja ż-żieda fil-każi attivi.
//= $special ?>