F’inqas minn tliet ġimgħat se ssir il-finali tal-Miss u Mister Supranational Malta biex inkunu nafu min se jkunu dawk iż-żewġ rebbieħa li se jirrapreżentaw lil Malta fil-konkors internazzjonali li se jsir il-Polonja f’Lulju li ġej.
Bħalissa jinsabu għaddejjin ġmielhom il-preparazzjonijiet biex issir is-semi finali nhar il-Ħadd li ġej f’Montekristo Estate fejn il-mudelli se jipparteċipaw f’preżentazzjoni bil-malji tal-għawm u ħwejjeġ oħra tal-għażla tagħhom. Hu se jkollhom ċans juru il-ħiliet tagħhom waqt sezzjoni ta’ domandi fuq il-personalità, studju u l-ambizzjonijiet tagħhom.
Imbagħad, fid-29 t’April, wara l-finali ta’ Miss u Mistrer Supranational Malta se nsiru nafu r-rebbieħa. Il-finali se jixxandar live fuq NET TV fit-8.45pm.
//= $special ?>