Fis-sena 2022 iċ-ċensura għadha ħajja, anke fuq it-televiżjoni.
Hekk intqal mit-tim tal-programm ‘Gadgets’ hekk kif kellu jitneħħa wieħed mill-features illi sar għall-programm li xxandar fis-26 ta’ Marzu li għadda. Dan għaliex il-PBS ħass li l-filmat jikser ir-regoli tal-Awtorità tax-Xandir għall-udjenzi ż-żgħar.
Dan il-feature partikolari kien dwar microchipping taħt il-ġilda.
Il-filmat ixxandar bla problemi ta’ xejn fuq il-pjattaformi soċjali, iżda fuq it-televiżjoni kien ċensurat.
//= $special ?>