Il-President tal-Ukrajna, Volodymyr Zelensky, irrepeta s-sejħiet biex il-pajjiżi tal-Punent – b’mod partikulari l-Istati membri tal-Unjoni Eweropea – ‘jiċħdu għaż-żejt mir-Russja bħala forma ta’ ġustizzja ma pajjiż li għaddej bil-massakri taċ-ċivili’.
Zelensky qal li mezz ieħor kif il-Punent jista’ ‘jaġħmel il-ġustizzja’ mar-Russja hu b’li jagħlaq barra lill-banek tar-Russi mis-sistema finanzjarja internazzjonali.
Il-President Ukren wassal dan il-messaġġ lill-Parlament tal-Greċja, li d-deputati tiegħu kienu preżenti, f’Ateni, biex jisimgħu l-messaġġ ta’ Zelensky.
Filwaqt li l-UE qed tipproponi projbizzjoni għall-faħam prodott mir-Russja, hu minnu li xi pajjiżi-membri qed jirreżistu għal aktar sanzjonijiet iebsa kontra Moska fis-settur tal-enerġija għaliex huma dipendenti ħafna fuq is-sorsi li ġejjin mir-Russja.
Dan ukoll meta ż-żejt u l-gass ma jinkwadrawx fl-aħħar proposti għal sanzjonijiet fuq il-Kremlin tal-Moska — b’Zelensky qed jagħmilha ċara li ‘l-azzjonijiet ( militari) tar-Russi sa mill-bidunett ma kenux diretti biss għall-Ukrajna iżda wkoll għall-Ewropa’.
Hu saħaq, intant, li l-pajjiżi jew mexxejja li jippruvaw jirrikattaw lill-Ewropa bi kriżi ekonomika jew tal-enerġija ‘huma destinati dejjem li jitilfu’.
//= $special ?>