Internazzjonali

Il-Parlament Ewropew jagħti €3.4 biljun lill-pajjiżi li laqgħu lir-refuġjati Ukreni

Wara diversi dibattiti, l-Parlament Ewropew wasal għall-ftiehem biex dawk il-pajjiżi li f’dawn il-ġimgħat laqgħu lir-refuġjati Ukreni f’pajjiżhom, ser jibbenefikaw minn 3.4 biljun ewro.

Din id-deċiżjoni ittieħdet wara li diversi pajjiżi uwrew it-tħassib serju tagħhom rigward l-ammont ta’ refuġjati Ukreni, li minħabba l-gwerra f’pajjiżhom, qiegħdin jkollom jemigraw lejn pajjiżi fil-Lvant tal-Ewropa. Kien minħabba dan it-tħassib serju li l-Parlament Ewropew ippropona biex l-fondi reġjonali għar-refuġju għal pajjiżi tal-Unjoni Ewropeja, jitqassam speċifikament lil dawk il-pajjiżi li l-aktar aċċettaw refuġjati Ukreni. Dawn il-pajjiżi jinklu pajjiżi bħal-Polonja, Ungerija, Romanija, Slovakia u Malta fost oħrajn.

Il-vot fil-Parlament Ewropew għadda b’549 vot favur il-mozzjoni biex jingħataw 3.4 biljun ewro minn total ta’ 10 biljun ewro fil-fondi għal REACT-EU. Dawn il-fondi qiegħdin hemm biex jgħinu lid-diversi pajjiżi li qiegħdin jaraw inflass kbir ta’ refuġjati f’pajjiżhom jipprovdu għajnuna immedjata u ta’ kwalita tajba lir-refuġjati bix-xiri ta’ ikel u tagħmir neċessarju. Dan filwaqt li r-refuġjati jingħtaw programmi edukattivi, inklużjoni soċjali u saħħa.

Il-Parlament Ewropew kompla biex jiddikjara li pajjiżi li jinsabu fil-Lvant tal-Ewropa, ser jingħataw 45% ta’ dawn il-fondi minħabba l-inflass kbir ta’ refuġjati li qasmu mill-Ukrajna għal dawn il-pajjiżi.