Internazzjonali

Il-Pentagon qed jgħid li l-forzi Russi issa irtiraw kompletament minn Kiev

Il-Pentagon qed jgħid li l-forzi Russi issa irtiraw kompletament minn Kiev – żvilupp importanti li jaf jagħti ftit tan-nifs għall-poplu li jgħix fil-kapitali.

Minkejja dan, il-Gvern Ukren qed jinsisti li l-gwerra għadha ferm ‘il bogħod mit-tmiem tagħha. Anzi, l-Ukreni qed jitolbu l-appoġġ tal-pajjiżi tan-NATO biex jingħataw aktar armi ħalli jkunu jistgħu jiddefendu l-ibliet li jinsabu fil-Lvant tal-pajjiż.

L-aħħar data li inħarġet mill-Gvern Ukren tindika li f’Mariupol biss inqatlu mal-5,000 persuni ċivili.