Lokali

AĠĠORNATA: Rosianne Cutajar eletta mill-elezzjonijiet każwali tal-PL

Jibqgħu l-art fost l-oħrajn Joe Mizzi, Oliver Scicluna, Jean Claude Micallef u Anthony Agius Decelis

Tħabbru uffiċjalment min se jkun qiegħed jifforma parti mill-Gvern Laburista grazzi għall-elezzjonijiet każwali li saru fiċ-ċentru tal-għadd tal-voti fin-Naxxar il-Ħamis filgħodu.

Filwaqt li l-elezzjonijiet każwali tal-Partit Nazzjonalista se jkunu qed isiru fit-12 ta’ April, il-Ħamis sar magħruf minġie elett fil-Parlament wara li kien hemm kandidati li waqqgħu siġġu wara li kienu eletti minn żewġ distretti.

Mis-siġġu li ċeda Clyde Caruana mit-tieni distrett, ġie elett Glenn Bedingfield sabiex baqgħu l-art l-eks deputati Laburisti Joe Mizzi u Oliver Scicluna.

Mit-tielet distrett, sabiex jimtela l-post li ħalla Owen Bonnici, ġie elett Raymond Abela – li jfisser li ankè hawn Joe Mizzi falla milli jirbaħ siġġu….l-istess l-issa eks deputat Laburista Jean Claude Micallef.

Mir-raba distrett ġiet eletta Katya DeGiovanni, għal darb’oħra a skapitu tal-issa eks Deputat Laburista Oliver Scicluna li kien tpoġġa minn Robert Abela b’co-option sabiex ħa post lil Gavin Gulia…li kien irriżenja mill-parlament malti wara minuta.

Is-siġġu li ċeda fuq il-5 distrett il-Mexxej tal-Labour Robert Abela, akkwistah is-sindku tal-Imqabba Omar Farrugia – b’Jean Claude Micallef…ankè hawn jibqa’ l-art.

Fil-Parlament Malti se nerġgħu naraw lil Rosianne Cutajar hekk kif ħadet is-siġġu li ċeda Ian Borg fuq is-sitt distrett.

Malcolm Paul Agius Galea se jkun deputat parlamentari ġdid hekk kif ġie elett fuq is-7 distrett filwaqt li ġiet eletta b’mod awtomatiku fuq id-9 distrett Rebecca Buttigieg..hekk kif ikkontestat din l-elezzjoni każwali…waħeda.

Dan filwaqt li fuq il-ħdax –il distrett ġiet eletta s-sindku tal-Mosta Romilda Baldacchino Zarb….hekk kif baqa’ l-art l-issa eks Deputat Laburista Anthony Agius Decelis.