Lokali

Janice Chetcuti ċċedi l-elezzjoni każwali fuq it-tielet distrett

Mistennija tiġi eletta fil-Parlament bil-mekkaniżmu tal-ġeneru

“B’lealtà lejn il-Partit Nazzjonalista u lejn il-kostitwenti kollha li jiffurmaw parti mit-tielet distrett u wara li rriflettejt mhux ftit idde1idejt li ma nikkontestax l-elezzjonijiet każwali.”

Sostniet dan fuq il-midja soċjali l-kandidata tal-Partit Nazzjonalista Janice Chetcuti fejn saħqet li dan se jkun qiegħed isir sabiex bħala Partit jiġi massimizzat kemm jista’ jkun l-użu tal-voti fit-tielet distrett u b’hekk ikunu qed jiġu elett tliet rappreżentanti.

Chetcuti sostniet li se tkun qed tiġi eletta bil-mekkaniżmu tal-gender quota, bl-akbar għadd ta’ voti ,u għalhekk iddeċidiet li tħalli post liberu fl-elezzjoni każwali.

Hija saħqet li din id-deċiżjoni ħaditha b’lealtà lejn il-votanti tat-tielet distrett u lealtà lejn il-Partit Nazzjonalista.

https://www.facebook.com/janice.chetcuti/posts/10159257631023171?cft[0]=AZX-taWRDgxI0HwXgXv30Aevjot5T0l0_hZkYLVDXQDVXSwJELT1GE-1Ibpu0bXDk9j3IsMXWDJrbuTfjvujR_0wwG3DIwXB1gYSUK2ex2kzBSoWMgyazDCcCStVmGqwhKU&tn=%2CO%2CP-R