Sport Sport Ieħor

Nisa transgender m’għandhomx jikkompetu f’avvenimenti sportivi femminili – Boris Johnson

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johsnon qal li nisa transgender m’għandhomx jitħallew jikkompetu f’avvenimenti sportivi tan-nisa. Johnson qal dan fid-dawl tal-każ ta’ Emily Bridges, ċiklista transgender li ma tħallitx tikkompeti fl-ewwel tellieqa elite mill-Union Cycliste Internationale.

Johnson stqarr li nisa li huma bioloġikament rġiel m’għandhomx jitħallew jikkompetu f’avvenimenti sportivi tan-nisa. Johnson irrimarka li għalkemm din l-istqarrija jaf tkun waħda kontroversjali, fl-opinjoni tiegħu hija l-aktar waħda li tagħmel sens.

B’risposta għal dan Stonewall charity, attivisti tal-komunita’ LGBTIQ+ qalu li persuni transgender jistħoqqilhom li jkollhom l-istess opportunita’ li jipparteċipaw f’avvenimenti sportivi daqs persuni oħra.