Il-valur fit-triq huwa ‘l fuq minn €108 miljun
Matul il-jum tal-Ħamis fil-Port Ħieles saret qabda rekord ta’ 800kg kokaina f’ħidma konġunta mill-Uffiċjali ta’ Dwana u l-Pulizija…f’operazzjoni li kellha l-bidu tagħha l-Erbħga filgħodu sal-Ħamis waranofsinhar.
Il-kokaina kienet moħbija f’kontejner ta’ 40 pied, kontejner li wasal minn Turbo, fil-Kolumbja u li kien fi triqtu lejn il-port Tork ta’ Mersin.
Suppost il-kontejner kien qiegħed iġorr banana biss iżda f’26 kaxxa minnhom instabet id-droga kokaina.
Fi stqarrija d-dwana spjegat li nqabdu 800 pakkett li jiżnu kilogramma kull wieħed – bil-valur fit-triq ta droga stmat li huwa aktar minn €108 miljun.
