L-Università ta’ Columbia fl-Istati Uniti tat rikonoxximent speċjali lil Daphne Caruana Galizia Foundation, kif ukoll lit-tim legali tagħha waqt il-Columbia University’s Global Freedom of Expression Prizes.
Dan hekk kif intqal li dan ir-rikonoxximent ingħata lil dawk kollha li taw l-għalmu tagħhom sabiex jiddefendu l-libertà tal-espressjoni.
Fost it-tim legali hemm Therese Comodini Cachia, Eve Borg Costanzi, Jason Azzopardi, Joseph Zammit Maempel, Tony Murphy kif l-avukati minn Doughty Street Coailfhionn Gallager, Jonathan Price u Jennifer Robison.
Dan filwaqt li ngħata rikonoxximent ukoll għal Qorti Suprema ta’ Malta għad-deċiżjonijiet legali li ttieħdu f’diversi passi relatati mal-protesti b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Ta’ min wieħed jinnota li wara l-qtil makabru li sehh fis-16 ta’ Ottubru, 2017 – Daphne irċeviet mat-30 rikonoxximent wara mewtha minn madwar id-dinja kollha.