l-Qorti tal-Appell preseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera naqqset sentenza fil-konfront ta’ raġel ta’ 36 sena residenti tas-Sliema wara li kien instab ħati li ma ħax ħsieb jindokra kelba li mietet wara li kienet waqgħet minn binja ta’ kostruzzjoni.
Lowel Fenech instab ħati li fl-2016 ġiegħel kelba ssoffri tbatija bla bżonn, ma trattahiex sew u ma kienx responsabbli għaliha. Prova li nġibet fil-Qorti kienet tgħid li r-razza tal-kelba hija waħda li fin-natura tagħha tgħix fis-silġ u li din kienet esposta għax-xemx qawwija, anke fix-xahar ta’ Awwissu.
Fil-15 ta’ Diċembru, li għadda, kien instab ħati u ġie kundannat 18-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin u multa ta’ €10,000 bil-multa titnaqqas għal €2,500 li trid titħallas fi żmien sitt xhur. Huwa kien ġie projbit ukoll li għall-perjodu ta’ 15-il sena ma jistax irabbi klieb, liema perjodu niżel għal ħames snin. Dr. Luke Vella Verzin li huwa veterinarju mal-Animal Welfare spjega li kelb tat-tip ‘Alaskan Malamute’ jahdem fis-silg u li f’dan il-każ, il-kelba kien qieghed fuq bejt fl-gheqqel tas-sajf.
Qal li fis-sajf, kelb bhal dan ghandu ikollu l-fakoltà li joqghod f’post li huwa ‘room temperature’ Il-kuntistabbli John Spiteri qal li kien assista lill-Ispettur Jonathan Ransley fir-residenza tal-akkuzat fil-21 ta’ Awwissu 2016 ghall-ħabta tal-4.00 p.m. Qal li telghu fuq biex jaraw fejn kien qed jinzamm il-kelb.
Qal li minnufih innota li kien hemm ħafna ħmieġ tal-kelb fuq il-bejt. Kien hemm ukoll ‘kennel’ li kienet imdawra b’fence tal-injam iżda man-naħa tal-opramorta kien hemm fence naqra iktar għoli. Fuq il-bejt kien hemm hafna xemx u kien hemm hafna grif mal-opramorta fuq in-naha ta’ ġewwa tal-ħajt. Il-washroom kienet għadha miftuħa imsaqfa u kien hemm ċertu ammont ta’ torba u affarijiet oħra u jekk il-kelba toqgħod hemm gew, tkun esposta ghall-elementi kollha.
Fl-appell li ressaq Lowell talab biex is-sentenza tiġi rrevokata u tilliberah minn kull ħtija. Huwa sostna li l-Prosekuzzjoni naqset milli ġġib prova dwar ir-reġistrazzjoni tal-kelba, naqset milli titlob lid-Direttur tas-Servizzi Veterinarji sabiex jipprovdi prova min hu sid il-kelba u li l-kelba li rreferiet għaliha l-Prosekuzzjoni hija l-istess waħda msemmija fil-proċeduri.
Sadaniitant fl-ewwel spezzjoni li għamlu tal-Annimal mWelfare sabu li minkejja li l-kelba kienet b’saħħitha, il-kamra tal-bejt, li kienet isservi bħala shelter għall-kelba, kienet għadha qed tinbena, il-bowl tal-ilma kien vojt, u l-bejt fejn kienet qed tinżamm kien bil-ħmieġ tal-kelba.
Intant, huma baqgħu jagħmlu l-ispezzjonijiet u kollox kien baqa’ l-istess minkejja li nfurmawh kemm il-darba biex jieħu ħsieb il-kelba kif suppost.. Ingħad ukoll li l-kelba kienet iċċipjata u għalhekk waslu għal sid il-kelba. Ftit wara ħareġ filmat fuq Facebook, li juri li l-kelba kienet waqgħet minn blokka għal isfel.
Ħa l-kelba l-biċċerija biex tinħaraq
Fenech qal fix-xhieda tiegħu li kien ħa l-kelba l-biċċerija biex tinħaraq wara li din telgħet fuq ċint u waqgħet għal isfel. Dwar l-argument tad-difiża fuq nuqqas ta’ provi li l-kelba hija tal-akkużat, il-Qorti qalet li Lowell stess kien spjega l-għamla tagħha u li kien iżommha għandu, fil-post fejn kienu saru l-ispezzjonijiet.
Il-Qorti madankollu qablet mal-akkużatt li x-xhieda tal-veterinarju m’għandhiex tittieħed f’kunsiderzzjoni għax ma kienx appuntat mill-Qorti u għalhekk mhux xhud espert.
Madanakollu saħqet li l-kelba ma kinitx miżmuma tajjeb għax tħalliet bla ilma u fuq bejt għas-sħana tas-sajf, tħalliet imdawwra bil-ħmieġ u bla kenn. Il-Qorti tal-Appell qablet mal-ewwel Qorti dwar il-ħtija tieghu iżda ma qablitx dwar il-piena u ddeskrivietha bħala eċċessiva.
Lowel Fenech ma xehdx pero irrilaxxja stqarrija fil-21 ta’ Awwissu 2017 u stqarr li ghandu kelb tar-razza ‘Alaskan Malamute’ u li kienet ilha għandu sentejn. Huwa kkonferma li kien hadha il-biċċerija biex jaħarquha. Qal li huwa kien xoghol u l-mara ċemplitlu u qaltlu li waqt kienet tielgħa mill-baħar bit-tifla rat il-kelba ma l-art. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Jonathan Ransley.
//= $special ?>