Kummerċ

Tiġi ffurmata l-akbar alleanza diġitali f’Malta

Zak u Benji Borg, ko-fundaturi ta’ ANCHOVY. plc u James Abela u Matthew Sammut, ko-fundaturi ta’ NIU Ltd. ħabbru l-formazzjoni ta’ grupp komprensiv u li jinkludi kollox, f’dak li għandu x’jaqsam teknoloġija u servizzi diġitali, bl-isem ta’ Capital 9H Ltd. L-għan ta’ din il-formazzjoni l-ġdida f’din l-industrija f’pajjiżna għandha l-għan li toħloq l-akbar offerta ta’ servizz diġitali f’Malta u fl-istess waqt, twitti t-triq għal programm ta’ tkabbir internazzjonali f’settur li tant qed jikber.

Suġġett għall-approvazzjoni regolatorja, kemm ANCHOVY Studios plc kif ukoll NIU Ltd issa se jiffurmaw parti mill-grupp, li se jkollu rwol tant importanti u ewlieni fit-teknoloġija diġitali f’Malta.

Il-fundaturi ta’ Capital 9H Ltd jemmnu li t-twaqqif ta’ din il-kumpanija huwa tragward ewlieni fl-evoluzzjoni tal-ekonomija diġitali ta’ Malta, li jirrifletti l-aspirazzjonijiet ta’ trasformazzjoni tal-pajjiż. Aktar minn hekk, dan il-bidu, jissottolinjaw ukoll l-intenzjoni tal-grupp li jikber aktar billi jattira impriżi oħra b’aspirazzjonijiet simili fl-istruttura tiegħu.

“Il-kumpaniji rispettivi jikkumplimentaw li xulxin b’mod perfett f’termini ta’ struttura, funzjoni u kultura. Aħna nemmnu li din il-kumpanija ġdida, Capital 9H Ltd., se sservi bħala pjattaforma għal aktar ditti biex jissieħbu f’dan il-vjaġġ, u jilħqu l-miri tagħhom fi stadju internazzjonali. Aħna determinati li nibqgħu nespandu l-kapaċitajiet tagħna fir-reġjuni li noperaw fihom u nissieħbu ma’ ditti emblematiċi f’din l-era diġitali dejjem aktar attiva,” qalu l-erba’ fundaturi ta’ Capital 9H.

Għal aktar informazzjoni żur is-sit www.9hcapital.com.